Stqarrijiet u dikjarazzjonijiet għall-istampa
Stqarrijiet u dikjarazzjonijiet għall-istampa
Filtri:
- Il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna
21 ta' Ottubru 2026
16 ta' Ottubru 2026
- Kummenti mill-President António Costa waqt il-konferenza stampa wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Ottubru 2026
Matul il-konferenza stampa li saret wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Ottubru 2026, il-President António Costa ppreżenta r-riżultati ewlenin tad-diskussjonijiet dwar il-kompetittività u l-prezzijiet tal-enerġija, il-kummerċ, il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, l-Ukrajna, u l-migrazzjoni.
- Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, 15 u 16 ta' Ottubru 2026
Fil-15 u s-16 ta' Ottubru, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet dwar il-kompetittività, l-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova, il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, il-Lvant Nofsani, id-difiża u s-sigurtà tal-Ewropa, il-migrazzjoni, it-tkabbir u r-riformi u punti oħra.
- Kummenti mill-President António Costa fid-dikjarazzjoni konġunta mal-wasla flimkien mal-Presidenti Volodymyr Zelenskyy u Ursula von der Leyen
Qabel beda t-tieni jum tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-15-16 ta' Ottubru 2026, il-President tal-Kunsill Ewropew António Costa, il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen u l-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy indirizzaw l-istampa.
15 ta' Ottubru 2026
12 ta' Ottubru 2026
- Il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna: l-UE taqbel dwar l-akbar pakkett ta’ elenkar li qatt sar immirat lejn kważi 1600 individwu u entità fil-kumpless militari-industrijali tar-Russja
Il-Kunsill adotta miżuri restrittivi kontra 826 kumpanija Russa u 743 individwu attivi fil-kumpless militari-industrijali tar-Russja fl-akbar sett wieħed ta' deżinjazzjonijiet mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.
- L-integrità territorjali tal-Ukrajna: Il-Kunsill jelenka 77 individwu minħabba l-"elezzjonijiet" illegali tad-Duma tal-Istat Russu fit-territorji tal-Ukrajna okkupati temporanjament
Il-Kunsill adotta miżuri restrittivi kontra 77 individwu li kienu involuti - jew bħala kandidati jew bħala membri tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-Federazzjoni Russa - fl-hekk imsejħa "elezzjonijiet" illegali għad-Duma tal-Istat Russu, li saru f’Settembru 2026 fit-territorji tal-Ukrajna li r-Russja okkupat temporanjament u illegalment.
8 ta' Ottubru 2026
- Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Ottubru - Ittra ta' stedina mill-President António Costa lill-membri tal-Kunsill Ewropew
Il-President tal-Kunsill Ewropew António Costa stieden lill-mexxejja għal-laqgħa tal-15 u s-16 ta' Ottubru 2026 fi Brussell, li matulha ser jiddiskutu l-kompetittività, l-Ukrajna, il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, il-Lvant Nofsani, id-difiża u s-sigurtà, il-migrazzjoni, u t-tkabbir u r-riformi.
- L-attivitajiet ibridi tar-Russja: il-Kunsill jestendi l-miżuri restrittivi sa Ottubru 2027
Il-Kunsill estenda b'sena l-miżuri restrittivi tal-UE kontra dawk responsabbli għall-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja kontra l-UE u l-istati membri u s-sħab tagħha, sad-9 ta' Ottubru 2027.
28 ta' Settembru 2026
- Ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja: il-Kunsill jelenka għaxar individwi b'rabta mal-esklużjoni ta' Yabloko mill-elezzjonijiet għad-Duma tal-Istat
Il-Kunsill impona miżuri restrittivi fuq għaxar individwi Russi responsabbli għat-trażżin tal-libertà ta' espressjoni, l-aċċess għall-informazzjoni, u l-libertà ta' assoċjazzjoni fir-Russja.
- L-UE tissanzjona 10 individwi u 17-il entità minħabba d-deportazzjoni illegali ta' tfal Ukreni lejn ir-Russja
Il-Kunsill adotta miżuri restrittivi kontra 10 individwi u 17-il entità oħra responsabbli għad-deportazzjoni illegali sistematika u t-trasferiment furzat ta' tfal Ukreni lejn il-Federazzjoni Russa u fit-territorji okkupati temporanjament.
24 ta' Settembru 2026
- Theddid ibridu Russu: l-UE telenka lil Xenia Fedorova minħabba attivitajiet ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni
Il-Kunsill adotta miżuri restrittivi addizzjonali kontra individwu Russu responsabbli għall-involviment fl-attivitajiet ibridi li r-Russja baqgħet twettaq, speċjalment il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza.
- Appoġġ għall-Ukrajna: il-Kunsill japprova pagament ta' kważi €3 biljun u jilqa' l-kontribuzzjoni finanzjarja tan-Norveġja
Il-Kunsill japprova kważi €3 biljun għall-Ukrajna taħt il-Faċilità għall-Ukrajna u jilqa' l-kontribuzzjoni volontarja ta' madwar €92 miljun min-Norveġja.
23 ta' Settembru 2026
- Remarks by President António Costa at the United Nations Security Council meeting on maintenance of peace and security of Ukraine
On 23 September 2026, European Council President, António Costa, delivered a speech at the United Nations Security Council meeting on maintenance of peace and security of Ukraine, in the margins of the United Nations General Assembly High Level Week.
- Remarks by President António Costa at the “Building an Economy for the Many” High level breakfast
On 23 September 2026, European Council President, António Costa, delivered a speech at the “Building an Economy for the Many” High level breakfast hosted by New York City Mayor, Zohran Mamdani.
22 ta' Settembru 2026
21 ta' Settembru 2026
17 ta' Settembru 2026
15 ta' Settembru 2026
9 ta' Settembru 2026