Skip to content

Logħob u kwiżżijiet

Ittrasforma f'logħba l-esperjenza ta' tagħlim tiegħek u ttestja l-għarfien tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-UE.

EUcraft: innegozja u lħaq ftehim fil-Kunsill tal-UE

Ħu r-rwol ta' ministru nazzjonali u esperjenza t-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE billi tinnegozja dwar suġġetti reali li huma importanti għalik.

Il-qbil dwar ċarġer komuni għall-apparat tiegħek, il-projbizzjoni tal-plastik li jintuża darba biss jew l-appoġġ għat-tranżizzjoni għal karozzi elettriċi u binjiet aktar ekoloġiċi – dan kollu f'idejk.

Ilgħab EUcraft – logħba ta' simulazzjoni diġitali. Disponibbli fuq il-web u fuq il-mowbajl.

Adatt għal studenti ta' 15-il sena jew aktar.

Niżżel l-app:

Illustrazzjoni: l-applikazzjoni EUcraft fuq apparat mobbli.
EUcraft - logħba ta' simulazzjoni diġitali

Il-kwiżż tal-Kunsill dwar l-UE

Kemm taf dwar l-UE? Ittestja kemm taf!

Min kien l-ewwel president tal-Kunsill Ewropew? Taf liema istituzzjonijiet tal-UE jadottaw il-liġijiet tal-UE? Għal kemm żmien pajjiż tal-UE jkollu l-presidenza tal-Kunsill?

Il-kwiżż tal-Kunsill dwar l-UE huwa fil-livell ta' min għadu jibda u ta' espert.

Adatt għal studenti ta' 12-il sena jew aktar.

L-aħħar reviżjoni: 20 ta' Ottubru 2025