Riżorsi edukattivi għall-għalliema u l-istudenti fl-edukazzjoni sekondarja u għolja
Sib riżorsi edukattivi bla ħlas dwar il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-UE għall-istudenti fl-edukazzjoni sekondarja u dik għolja, inkluż lezzjonijiet lesti, eżerċizzju ta' logħob ta' rwol u għodda ta' tagħlim tat-tip kwiżż.
Jekk qed tfittex riżorsi għall-edukazzjoni preprimarja u primarja, tista' żżur din il-paġna:
Lezzjonijiet lesti għat-tagħlim
Tixtieq tgħallem dwar l-UE u dwar kif is-27 stat membru tagħha jaħdmu flimkien, iżda m'għandekx il-ħin biex tirriċerka u torganizza l-lezzjonijiet tiegħek?
Il-"Pakkett ta' edukazzjoni ċivika" tal-Kunsill jinkludi 7 lezzjonijiet lesti għat-tagħlim imfassla biex jgħinu lill-għalliema, lekċerers universitarji u professjonisti oħra tal-edukazzjoni jispjegaw il-ħidma tal-Kunsill tal-UE u l-ħidma tal-Kunsill Ewropew.
Kull lezzjoni fiha l-manwali tal-għalliem bl-organizzazzjoni tal-ħin u deskrizzjoni pass pass tal-attivitajiet, u l-materjali kollha li għandhom jintużaw fil-klassi, inkluż preżentazzjonijiet bil-PowerPoint, filmati, u links għad-dokumenti ta' sostenn.
Il-lezzjonijiet huma maqsuma skont:
- il-grupp tal-età: studenti tal-età 9-12, 12-19, 17-25 u 60+
- il-metodu ta' tagħlim: għall-istudenti bejn 12 u 25 sena, agħżel bejn il-lezzjonijiet għal studenti li jippreferu approċċ teoretiku u dawk għal studenti li jippreferu approċċ prattiku, skont x'jaħdem l-aħjar mal-istudenti tiegħek, jew għaqqad iż-żewġ approċċi.
Niżżel il-lezzjonijiet bla ħlas billi tikklikkja fuq il-links ta' hawn taħt:
Lezzjonijiet għal studenti li għandhom bejn 9 u 12-il sena:
Lezzjonijiet għall-gruppi tal-età 12 sa 19 u 17 sa 25 sena – il-fajls kollha jinkludu l-manwal tal-għalliema u preżentazzjoni ta' appoġġ:
- Lezzjoni għal studenti li jippreferu approċċ prattiku ta' ± 12-19-il sena
- Lezzjoni għal studenti li jippreferu approċċ teoretiku ta' ± 12-19-il sena
- Lezzjoni għal studenti li jippreferu approċċ prattiku ta' ± 17-25 sena
- Lezzjoni għal studenti li jippreferu approċċ teoretiku ta' ± 17-25 sena
- Lezzjoni dwar il-presidenza tal-Kunsill għal studenti ta' 12-25 sena
Lezzjonijiet għal studenti li għandhom 60 sena u aktar:
"Ministru għal ġurnata" - is-simulazzjoni tal-Kunsill
Tixtieq li l-istudenti tiegħek jitgħallmu bil-prattika u jieħdu rwol attiv fil-klassi?
L-eżerċizzju ta' logħob ta' rwol tal-Kunsill jissimula laqgħa tal-Kunsill, u b'hekk jippermetti lill-istudenti jieħdu r-rwol ta' ministri nazzjonali. Il-parteċipanti jippreżentaw il-pożizzjoni ta' pajjiżhom u jinnegozjaw mal-pajjiżi l-oħra tal-UE, filwaqt li jipprattikaw ħiliet kruċjali, bħat-taħdit pubbliku, in-negozjar, u s-smigħ attiv.
"Ministru għal ġurnata" hija esperjenza prattika tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE għal studenti tal-iskejjel sekondarji u studenti universitarji minn 16-il sena 'l fuq. Tista' tintlagħab minn gruppi ta' bejn 20 u 50 persuna, u ddum mill-inqas 120 minuta biex tintlagħab.
Din is-simulazzjoni toffri tliet suġġetti distinti li minnhom jistgħu jagħżlu l-faċilitaturi u l-gruppi: "Regolament dwar tikketta tal-moda ekwa", "Regolament dwar l-emissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri" u “Introduzzjoni ta' qafas tal-IA". Kull tema tiddiskuti proposta ta' politika waħda minn perspettivi differenti.
Ikollha manwal għall-għalliem/faċilitatur u 29 profil ta' rwoli li għandhom jitqassmu lill-parteċipanti.
Materjal ta' għajnuna għall-faċilitatur:
Profili tar-rwoli skont is-suġġett tas-simulazzjoni:
- Regolament dwar tikketta tal-moda ekwa - Profili tar-rwoli (fajl PDF, 13.4Mo)
- Regolament dwar l-emissjonijiet ta' C02 għall-karozzi tal-passiġġieri (verżjoni standard) - Profili tar-rwoli (fajl PDF, 13Mo)
- Regolament dwar l-emissjonijiet ta' C02 għall-karozzi tal-passiġġieri (verżjoni avvanzata) - Profili tar-rwoli (fajl PDF, 11.7Mo)
- Introduzzjoni ta' qafas tal-IA (verżjoni standard) - Profili tar-rwoli (fajl PDF, 10.9Mo)
- Introduzzjoni ta' qafas tal-IA (verżjoni avvanzata) - Profili tar-rwoli (fajl PDF, 11Mo)
Europa Quest: għodda ta' tagħlim interattiv tat-tip kwiżż
Qed tfittex mod divertenti biex tgħallem lill-istudenti tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea u kif jaħdmu flimkien is-27 pajjiż tal-UE? Europa Quest hija għodda edukattiva bbażata fuq kwiżż imfassla biex tħeġġeġ il-ħidma f'tim u l-komunikazzjoni fost il-parteċipanti, filwaqt li trawwem sens ta' tagħlim komunitarju u kondiviż.
Tiġi bħala manwal PDF bi gwida pass pass u preżentazzjoni PowerPoint ta' appoġġ li tinkludi l-mistoqsijiet u t-tweġibiet, li jistgħu jiġu pproġettati matul l-attività (fakultattiva), kif ukoll noti għall-moderatur.
Il-pakkett jinkludi verżjoni għal prinċipjanti adatta għal dawk li għandhom bejn 9 u 14-il sena, u verżjoni avvanzata għall-istudenti li għandhom 15-il sena u aktar, sabiex tkun tista' tadatta l-attività għall-ħtiġijiet tal-istudenti tiegħek.
Iddawnlowdja Europa Quest hawn taħt:
Dokumenti u pubblikazzjonijiet relatati
- Abbona għall-bullettin tagħna The Pulse għal aġġornamenti ta' kull xahar dwar il-ħidma tal-Kunsill, l-avvenimenti tal-UE u l-opportunitajiet ta' xogħol
- Fejn u kif issib id-dokumenti uffiċjali tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew
- Sib informazzjoni dettaljata dwar il-politiki tal-Kunsill
- Skopri għażla ta' riżorsi ta' informazzjoni marbuta mal-ħidma tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew: bażijiet ta' data ta' informazzjoni, ġurnali (elettroniċi), kotba (elettroniċi), artikli u pubblikazzjonijiet tal-UE
L-aħħar reviżjoni: 28 ta' April 2026