"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Ejja żurna

Żjara fil-binjiet tal-Kunsill fi Brussell jew żjara virtwali biex tesplora l-Kunsill minn kull angolu tista' ssaħħaħ it-tagħlim tiegħek u kwalunkwe esperjenza ta' tagħlim dwar l-UE.

Żur il-Kunsill mal-iskola tiegħek

Idħol fil-Kunsill u skopri kif jaħdmu il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew fejn il-mexxejja tal-UE jiltaqgħu u jsawru l-ġejjieni tal-Ewropa.

L-esperti tagħna li jaħdmu fil-Kunsill għandhom pjaċir jaqsmu miegħek l-għarfien u l-esperjenzi tagħhom ta' xi jfisser xogħol f'dar l-istati membri tal-UE.

Żjara fil-Kunsill tippermetti lill-istudenti:

  • iwessgħu u jikkonsolidaw l-għarfien tagħhom dwar ir-rwol tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill
  • isiru jafu x'qed jiġri wara l-kwinti fil-Kunsill Ewropew u fil-Kunsill
  • jiddiskutu mal-esperti tagħna s-suġġetti relatati mal-politika li tinteressahom u kif jaħdmu ż-żewġ istituzzjonijiet
Viżitaturi fil-bini tal-Kunsill
Il-Kunsill joffri diversi attivitajiet lill-viżitaturi

Dawra virtwali: esplora l-Kunsill

Jekk ma tistax tiltaqa' magħna fiżikament, tista' tipprova ż-żjara virtwali. Esplora l-Kunsill mill-angoli kollha u agħti titwila fi swali li rari jkunu aċċessibbli għall-viżitaturi. Gawdi din l-opportunità esklużiva biex tara s-sala fejn isiru l-laqgħat tal-mexxejja tal-UE.

Daħħal l-UE fil-klassi tiegħek

Is-sessjonijiet ta’ informazzjoni tagħna joffru lill-istudenti l-opportunità li jiltaqgħu (virtwalment jew fiżikament) ma’ uffiċjali tal-UE fil-klassi tagħhom stess. Il-membri tal-persunal li jżuruk jaqsmu l-għarfien tagħhom minn ġewwa dwar kif taħdem l-UE kif ukoll l-esperjenza personali tagħhom.

B’dawn il-programmi, noffru liż-żgħażagħ mod differenti kif jitgħallmu dwar l-UE, il-politiki tagħha u l-aħħar żviluppi tagħha.

L-aħħar reviżjoni: 12 ta' Marzu 2026