Skip to content

Pubblikazzjonijiet u filmati

Fuljetti u filmati dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill u l-proċeduri leġiżlattivi tal-UE.

Dwar l-UE

L-Unjoni Ewropea - Fatti u ċifri

Dan il-ktejjeb għandu format żgħir u prattiku u fih informazzjoni dwar l-UE, l-istituzzjonijiet, l-istati membri u l-pajjiżi kandidati tagħha. Fih fatti dwar il-lingwi uffiċjali, is-siti web tal-gvern u data utli oħra dwar kull pajjiż.

L-Ewropa tul il-ġenerazzjonijiet

Il-Pilastri tal-Ewropa - Il-wirt tat-Trattat ta' Maastricht wara 25 sena

It-Trattat ta' Maastricht kien mument ta' bidla fil-proċess ta' integrazzjoni Ewropea. Dan l-eżami storiku janalizza t-triq dettaljata lejn it-Trattat ta' Maastricht u fil-qosor jagħti l-kisbiet ewlenin tiegħu.

mappa tal-UE

Is-27 stat membru tal-UE u l-bliet kapitali tagħhom fuq mappa. Il-mappa tinkludi territorji mhux kontinentali u extra-Ewropej tal-Istati Membri u turi l-bnadar nazzjonali.

Dwar il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-UE għandhom ismijiet pjuttost simili. It-tnejn jaġixxu bħala l-leħen tal-gvernijiet membri tal-UE fl-Unjoni. Iżda x'inhi d-differenza bejn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet tal-UE?

Skopri aktar dwar x'jagħmlu, kif jiddeċiedu u jiltaqgħu fl-ispjegazzjoni tagħna.

Il-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill huwa entità deċiżjonali ewlenija tal-UE. Is-sit web tagħna jagħti informazzjoni aktar dettaljata u l-fuljett jispjega fil-qosor kif jaħdem u jixħet dawl fuq il-kompiti differenti tal-presidenzi b'rotazzjoni.

Merħba fil-Kunsill

Il-Kunsill Ewropew

Skopri kif il-Kunsill Ewropew bħala l-korp strateġiku tal-UE jiddefinixxi d-direzzjoni u l-prijoritajiet ġenerali tal-UE u jiddeskrivi l-kompiti tal-President tiegħu, spjegati f'aktar dettall permezz tas-sit web tagħna u l-fuljett.

Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill - Dar l-istati membri

Għalfejn għandna bżonn is-summits tal-UE? Kif jiġu adottati l-liġijiet tal-UE? 13-il skeda informattiva jagħtu informazzjoni dwar ir-rwoli tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill fl-istabbiliment tal-politiki tal-UE.

Kull skeda informattiva tista' tinqara f'anqas minn ħames minuti.

Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-UE tul iż-żmien

Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill kif evolvew matul is-snin? Din il-pubblikazzjoni tagħti ħarsa fil-fond lejn l-oriġini u l-istorja taż-żewġ istituzzjonijiet, liema storja tibda f'Pariġi u tkompli sat-Trattat ta' Lisbona. Tagħti kemm il-perspettiva legali kif ukoll dik politika.

Kunsill Ewropew - minn wara l-kwinti

Dan il-filmat juri x'qed jiġri wara l-kwinti għat-tħejjijiet loġistiċi u politiċi ta' summit tal-mexxejja tal-UE.

X'inhuma r-rwoli tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew?

X'inhi l-presidenza tal-Kunsill?

X'inhi l-presidenza tal-Kunsill u kif taħdem? Aktar dwar ir-rwol tal-presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill.

L-UE kif tadotta l-liġijiet?

Gwida għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja

Dan il-manwal jispjega kif il-Kunsill u l-Parlament Ewropew bħala koleġiżlaturi jadottaw liġi tal-UE b'mod konġunt. Jiddeskrivi l-istadji differenti tal-proċedura: it-tliet stadji ta' qari, il-proċedura ta' konċiljazzjoni u t-trilogi. Fih ukoll lista ta’ bażijiet ġuridiċi rilevanti, tabelli li jippreżentaw l-istadji f’forma grafika, u l-iskadenzi.

Kif proposta ssir liġi tal-UE?

Il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-Kunsill

Dan il-filmat jispjega kif jaħdem il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-Kunsill u kif tiġi adottata l-leġiżlazzjoni tal-UE.

EUropeans - ritratti-filmati ta' ċittadini Ewropej

Ilkoll differenti, ilkoll simili, ilkoll Ewropej... Skopri r-ritratti-filmati tagħna taċ-ċittadini Ewropej.

L-istejjer ferm personali tagħhom joffru stampa ta’ xi jfisser li tgħix fl-Unjoni Ewropea.

Ilkoll ċittadini Ewropej

L-aħħar reviżjoni: 21 ta' Marzu 2024