Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
439 riżultat
Patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil
L-UE introduċiet sett ta' regoli biex timmaniġġa l-migrazzjoni b'mod aktar effettiv u tistabbilixxi sistema Ewropea komuni tal-ażil. Din is-sistema tiżgura proċeduri effiċjenti u uniformi, u solidarjetà u kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-istati membri.

Ir-reżiljenza tal-foresti u l-protezzjoni tal-foresti
L-UE hija impenjata li tissalvagwarda l-foresti u ttejjeb il-kapaċità tagħhom sabiex jifilħu għall-isfidi klimatiċi u ambjentali.

Mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri
Il-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri jiżgura li l-produtturi mhux tal-UE jiffaċċaw l-istess kostijiet tal-karbonju bħall-produtturi tal-UE meta jbigħu oġġetti fl-UE.

Relazzjonijiet UE-Eġittu: fatti u ċifri
L-UE u l-Eġittu għandhom relazzjoni twila u b'saħħitha b'kooperazzjoni dejjem tikber. Is-sħubija strateġika bejn l-UE u l-Eġittu tiffoka fuq sitt pilastri, inkluż il-kummerċ.

Il-pakkett tal-unjoni tas-swieq kapitali għall-2021
Il-pakkett jipproponi miżuri biex il-kumpaniji u l-investituri jiġu konnessi aħjar, jittejbu l-opportunitajiet ta' finanzjament u investiment għall-investituri bl-imnut u jiġu integrati aktar is-swieq kapitali.

Asylum and migration management
The EU regulation on asylum and migration management sets rules for determining which member state should examine an asylum application. It also ensures fair sharing of responsibility through a mandatory but flexible solidarity system.

Protezzjoni tal-konsumatur: ċempel, ibgħat messaġġ u uża l-internet
L-UE stabbiliet regoli biex tillimita l-ispejjeż għall-konsumaturi meta jċemplu u jibagħtu messaġġi b'SMS minn pajjiż għall-ieħor tal-UE, u meta jużaw id-data u jaċċessaw kontenut online madwar l-UE.

Kummerċ UE-Repubblika tal-Korea: fatti u ċifri
L-UE hija l-akbar investitur dirett barrani tar-Repubblika tal-Korea, qabel il-Ġappun u l-Istati Uniti.

Il-protezzjoni tad-data fl-UE
L-UE għandha l-aktar regoli iebsa għall-protezzjoni tad-data fid-dinja. Il-protezzjoni tad-data personali titqies li hija dritt fundamentali fl-UE.

Il-ġlieda tal-UE kontra l-kriminalità organizzata
It-traffikar tal-bnedmin, iċ-ċiberkriminalità, it-traffikar tad-droga u l-kriminalità ambjentali huma fost it-theddid li l-UE tindirizza permezz tal-EMPACT, il-pjattaforma multidixxiplinari tagħha għall-koordinazzjoni tal-azzjoni kontra n-networks tal-kriminalità organizzata l-aktar serji.
