Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
439 riżultat
Sħubija tal-Lvant
Is-Sħubija tal-Lvant (SL) għandha l-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi r-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi bejn l-UE, l-istati membri tagħha u s-sitt pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant. Tappoġġa wkoll proċessi ta' riforma sostenibbli f'dawn il-pajjiżi sħab.

Nagħtu lill-konsumaturi s-setgħa li jagħmlu għażliet aktar sostenibbli
L-UE stabbiliet regoli għan-negozji biex jagħtu prova tal-bażi tal-asserzjonijiet ekoloġiċi li jagħmlu dwar is-sostenibbiltà, u biex jipprevjenu lill-konsumaturi milli jkunu vittmi ta' greenwashing u prattiki kummerċjali żleali.

Korp tal-etika tal-UE
Korp indipendenti biex jistabbilixxi standards etiċi komuni u jżid it-trasparenza fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE.

Il-politika komuni tas-sajd u l-għanijiet tagħha
L-istati membri tal-UE ddefinixxew regoli komuni, permezz tal-politika komuni tas-sajd tal-UE, biex jimmaniġġjaw ir-riżorsi tal-ħut b'mod sostenibbli u jipprovdu l-ikel lin-nies.

Kif jiġu stabbiliti l-limiti ta' qbid u l-kwoti
Kull sena, il-pajjiżi tal-UE jaqblu dwar kemm jista' jinqabad ħut fl-ilmijiet tal-UE jew minn bastimenti tal-UE f'ilmijiet oħra. Il-Kunsill huwa l-uniku leġiżlatur dwar din il-kwistjoni.

Spjegazzjoni tal-ekonomija ċirkolari
Ir-riżorsi tad-Dinja mhumiex infiniti. L-ekonomija ċirkolari tagħmel l-użu ta' prodotti u materjali aktar sostenibbli u toffri lill-UE opportunità biex issir aktar kompetittiva.

Is-sikurezza tal-ikel u s-saħħa
Ir-regoli tal-UE dwar is-sikurezza tal-ikel għandhom l-għan li jipproteġu lill-konsumaturi filwaqt li jiggarantixxu l-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku.

L-ispazju, is-sigurtà u d-difiża
L-UE tirrikonoxxi n-natura strateġika tal-ispazju u li l-ispazju huwa kruċjali għal-libertà ta' azzjoni u t-teħid awtonomu ta' deċiżjonijiet tal-UE fis-sigurtà u d-difiża.

Kif in-natura tgħin fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima
Natura u ħamrija f'saħħithom huma importanti mhux biss għall-bijodiversità, iżda wkoll għall-qbid tal-emissjonijiet ta' CO2 u r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima. Huwa għalhekk li l-UE qed taħdem biex tipproteġi l-ekosistemi u l-ħabitats naturali.

Trattament tal-ilma mormi
It-trattament xieraq tal-ilma mormi huwa meħtieġ biex tiġi żgurata kwalità tajba tal-ilma. L-UE introduċiet regoli ġodda biex tipproteġi aħjar lin-nies u l-ambjent.
