Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
439 riżultat
Sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja: mistoqsijiet u tweġibiet
Skopri t-tweġibiet kollha għall-mistoqsijiet tiegħek dwar is-sanzjonijiet adottati mill-Unjoni Ewropea b'rispons għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' migranti u t-traffikar tal-bnedmin
Il-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' migranti u t-traffikar ta' bnedmin jisfruttaw persuni vulnerabbli u jħeġġu l-kriminalità organizzata. Skopri kif l-UE u l-istati membri jaħdmu flimkien biex jipprevjenu dawn ir-reati, ifixklu n-networks kriminali u jipproteġu lill-vittmi.

L-eliminazzjoni tal-armi kimiċi
L-Unjoni Ewropea tinsab magħquda fl-appoġġ għad-diżarm u n-nonproliferazzjoni tal-armi kimiċi, u fil-ġlieda kontra l-impunità għall-użu tal-armi kimiċi.

Finanzjament tal-UE għad-difiża
L-UE qed iżżid l-infiq tagħha għad-difiża permezz ta' diversi inizjattivi u strumenti fil-baġit tal-UE.

Libanu
L-UE tappoġġa l-integrità territorjali, is-sovranità, l-istabbiltà u l-indipendenza politika tal-Libanu u l-isforzi ta' riforma tal-gvern Libaniż.

Ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Istati Uniti
L-UE u l-Istati Uniti għandhom l-aktar relazzjoni kummerċjali u ta' investiment bilaterali estensiva fid-dinja u jaħdmu flimkien biex jindirizzaw l-isfidi għas-sigurtà globali.

Integrazzjoni tas-suq tal-UE u superviżjoni effiċjenti
L-UE qed taħdem fuq regoli ġodda biex tisfrutta l-potenzjal sħiħ tas-suq uniku għas-servizzi finanzjarji, u b'hekk tiffaċilita l-investiment u żżid il-finanzjament bejn pajjiżi differenti.

L-attivitajiet ibridi tar-Russja: sanzjonijiet tal-UE
L-UE adottat sanzjonijiet immirati lejn individwi u entitajiet responsabbli għal theddid u kampanji ibridi kontra l-UE u l-istati membri tagħha.

Il-Faċilità għall-Ukrajna
Il-Faċilità għall-Ukrajna tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Ukrajna biex jissaħħu l-istabbiltà makrofinanzjarja, l-irkupru u l-modernizzazzjoni tal-pajjiż, l-amministrazzjoni pubblika tagħha tkompli taħdem u jiġu appoġġati l-isforzi tagħha ta' riforma.

L-iskart
L-iskart huwa ta' periklu għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem. L-UE taħdem biex tipprevjeni u timmaniġġa aħjar l-iskart, u trawwem ekonomija aktar ċirkolari.
