Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
449 riżultat
Id-diżinformazzjoni u r-reżiljenza demokratika
L-UE hija impenjata li tipproteġi d-demokraziji tagħha u li tiġġieled kontra l-ħsara mill-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza minn barranin, inkluż id-diżinformazzjoni.

Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO)
Il-PESCO tipprovdi qafas biex is-26 stat membru parteċipanti jippjanaw, jiżviluppaw u jinvestu b'mod konġunt fi proġetti ta' kapaċità kondiviża, u jsaħħu t-tħejjija operazzjonali u l-kontribut tal-forzi armati tagħhom.

Lesti għall-mira ta' 55%: għalfejn l-UE qed issaħħaħ l-istandards għall-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet
Ir-regoli l-ġodda proposti għandhom l-għan li jżidu l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet ġodda, biex jiżguraw li s-settur awtomobilistiku jikkontribwixxi għall-miri klimatiċi tal-UE.

Kif l-UE twieġeb għall-kriżijiet u tibni r-reżiljenza
L-UE qed taħdem fuq diversi fronti biex ittejjeb il-kapaċità tagħha li tirrispondi għall-kriżijiet u biex issaħħaħ ir-reżiljenza tagħha għall-isfidi futuri.

Regoli ta' finanzjament tal-PAK għall-2023-2027
Il-politika agrikola komuni riformata għall-2023-2027 għandha l-għan li l-biedja fl-UE ssir aktar ġusta, aktar ekoloġika u mmexxija aktar mir-riżultati.

Stokkijiet tal-ħut kondiviżi bejn l-UE u r-Renju Unit
Minn Jannar 2021, id-drittijiet tas-sajd għall-istokkijiet kondiviżi bejn l-UE u r-Renju Unit huma definiti f'konsultazzjonijiet annwali bilaterali.

Is-sigurtà marittima
L-UE tipproteġi l-interessi, iċ-ċittadini u l-valuri tagħha, filwaqt li tindirizza l-isfidi għas-sigurtà bħall-attakki fuq l-infrastruttura ta' taħt l-ilma, it-theddid ċibernetiku u r-riskji maħluqa mill-flotta mistura.

Il-ftehim dinji dwar il-pandemiji fil-qosor
Skopri aktar dwar it-trattat internazzjonali dwar il-pandemiji, bl-għan li jsaħħaħ is-sigurtà tas-saħħa dinjija, l-istat ta' tħejjija u r-rispons għall-emerġenzi tas-saħħa, fid-dawl tat-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID.

Xi jfissru t-tariffi tal-UE
L-oġġetti importati lejn l-UE mill-bqija tad-dinja huma soġġetti għal tariffi li jsegwu r-regoli u l-prinċipji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Il-bandiera tal-Unjoni Ewropea
Il-bandiera tal-UE hija l-aktar simbolu li jintgħaraf tal-Unjoni Ewropea. Din tirrappreżenta mhux biss l-Unjoni, iżda wkoll l-identità u l-unità kondiviża tal-Ewropa. Tirrappreżenta l-kooperazzjoni, is-solidarjetà u l-armonija fost l-Ewropej.
