Skip to content

Il-persunal u l-baġit tas-SĠK

Persunal

Tagħrif f'ċifri dwar il-membri tal-persunal tas-SĠK

Is-Segretarjat Ġenerali jimpjega 3 182 membru tal-persunal:

  • 2 513-il uffiċjal
  • 418-il membru tal-persunal temporanji
  • 224 membru tal-persunal kuntrattwali
  • 27 espert nazzjonali ssekondati

L-għadd ta' membri tal-persunal ta' hawn fuq jikkorrispondi mad-data disponibbli fl-1 ta' Frar 2026.



Baġit

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw il-baġit annwali tal-UE.

Il-baġit tal-UE għall-2026 jammonta għal €192.8 biljun f'impenji u €190.1 biljun f'pagamenti.

Il-baġit tal-UE jinkludi taqsima speċifika (it-taqsima II) għall-baġit li l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill għandhom bejniethom.

Kull sena, is-Segretarju Ġenerali tippreżenta l-abbozz tal-estimi tan-nefqa tal-Kunsill. Hija għandha r-responsabbiltà sħiħa għall-infiq taħt it-taqsima II tal-baġit u tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li dan jiġi amministrat tajjeb.

Il-baġit f'ċifri (2026)

Il-baġit li l-Kunsill u l-Kunsill Ewropew għandhom bejniethom (it-taqsima II) għall-2025 huwa ta' €739.6 miljun.

Fl-2026, it-taqsima II tikkostitwixxi sa 0.38% tal-baġit tal-UE. Dan jammonta għal 5.6% tan-nefqa amministrattiva totali tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE.

Il-baġit għall-Kunsill Ewropew u l-Kunsill huwa allokat għal:

  • persunal (66.7%)
  • spejjeż diretti marbuta ma' laqgħat uffiċjali, inkluż l-interpretazzjoni u l-ivvjaġġar tad-delegazzjonijiet (14.8%)
  • bini u infrastruttura (8.6%)
  • sistemi tal-informatika, tagħmir u għamara (8.4%)
  • nefqiet operazzjonali oħra (1.5%)

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Mejju 2026