Skip to content

Politiki korporattivi

Protezzjoni tad-data personali

Il-Kunsill tal-UE u s-Segretarjat Ġenerali tiegħu josservaw b'mod strett ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jiżgura l-applikazzjoni korretta ta' dawn ir-regoli.

Trasparenza

Skont ir-regoli tat-trasparenza, l-istituzzjonijiet tal-UE jaħdmu kemm jista' jkun fil-miftuħ u qrib iċ-ċittadini. Il-ministri fil-Kunsill jilleġiżlaw pubblikament u ċ-ċittadini għandhom id-dritt li jitolbu aċċess għad-dokumenti tal-Kunsill.

Ġestjoni ambjentali

Is-SĠK jaħdem biex inaqqas dan l-impatt u jipproteġi l-ambjent. Huwa stabbilixxa programm ta' ġestjoni ambjentali li japplika għall-attivitajiet kollha tas-SĠK fil-binjiet li jokkupa fi Brussell.

Komunikazzjoni esterna

L-attivitajiet ta' komunikazzjoni huma bbażati fuq l-Istrateġija ta' Komunikazzjoni Esterna tas-SĠK, li tispeċifika l-għanijiet ta' komunikazzjoni, l-udjenzi fil-mira, ir-rwol tal-komunikazzjoni fil-ħidma tas-SĠK kif ukoll metodi ta' ħidma ewlenin. L-identità viżwali tal-"familja tal-Kunsill' hija mibnija madwar logo komuni, li jirrappreżenta l-unità, il-kontinwità u d-diversità.

Multilingwiżmu

Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew jaħdmu bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Iċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom dritt jiktbu lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill fi kwalunkwe waħda minn dawn il-lingwi uffiċjali.

Protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata

Il-Kunsill għandu sistema ta' sigurtà komprensiva biex jipproteġi l-informazzjoni klassifikata tal-UE. Din is-sistema tapplika għall-Kunsill, għas-Segretarjat Ġenerali tiegħu u għall-istati membri.

L-aħħar reviżjoni: 17 ta' Lulju 2024