"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Flussi migratorji: Azzjoni tal-UE fil-Libja

L-illustrazzjonijiet fl-infografika jinkludu bastiment tal-gwardja tal-kosta bil-bandiera Libjana fuq il-baħar u xi ikoni li jirrappreżentaw ir-riżultati tal-assistenza tal-UE fil-Libja, inkluż fil-kuntest tal-COVID-19.

L-appoġġ tal-UE għall-gwardji tal-kosta Libjani qed jagħti l-frott

Il-gwardji tal-kosta Libjani qed isalvaw dejjem iżjed migranti fuq il-baħar: 88 000 migrant salvati bejn l-2017 u l-2021

Appoġġ tal-UE b'rabta mal-migrazzjoni fil-Libja

B'kollox, l-UE ddedikat €700 miljun biex tappoġġa lil-Libja mill-2015 taħt diversi strumenti ta' finanzjament, inkluż il-fond fiduċjarju ta' emerġenza tal-UE (EUTF) għall-Afrika.

Distribuzzjoni tal-finanzjament tal-EUTF (€ 455 miljun):

  • stabbilizzazzjoni tal-komunità: 35%
  • protezzjoni: 52%
  • ġestjoni tal-fruntieri: 13%

L-UE tassisti lill-migranti u lir-refuġjati fil-Libja

L-EUTF għall-Afrika jagħti attenzjoni partikolari lill-protezzjoni u l-assistenza għall-migranti u l-komunitajiet ospitanti tagħhom u lit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom.

  • 52 800 migrant marru lura pajjiżhom volontarjament
  • 355 000 persuna rċevew oġġetti mhux tal-ikel u settijiet tal-iġjene
  • 4 miljun persuna bbenefikaw minn aċċess imtejjeb għas-servizzi bażiċi
  • 70 000 tifel u tifla rċevew edukazzjoni formali u informali
  • 3 000 imprendituri żgħażagħ ġew assistiti bi programmi ta' taħriġ għax-xogħol

Appoġġ b'rabta mal-COVID-19

L-azzjonijiet b'rabta mal-COVID-19 finanzjati mill-UE jiffukaw fuq il-komunitajiet l-aktar vulnerabbli tal-Libja, inkluż refuġjati, persuni spostati f'pajjiżhom, migranti u l-komunitajiet ospitanti tagħhom.

  • 78 300 kit dijanjostiku tal-COVID-19 ingħataw lil laboratorji
  • 19 800 servizz tal-kura tas-saħħa primarja u riferimenti
  • 363 membru tal-persunal ġew imħarrġa fil-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet

Sors: Kummissjoni Ewropea (Data għal finanzjament tal-UE u assistenza tal-UE sa Ġunju 2021)