"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Il-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-ażil

Il-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-ażil għandha l-għan li tiġġestixxi l-migrazzjoni b'mod effettiv, tiżgura l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-istati membri u tipproteġi d-drittijiet tal-persuni li jfittxu protezzjoni internazzjonali.

Kif l-UE tiġġestixxi l-migrazzjoni u l-ażil

L-UE żviluppat approċċ komuni għall-migrazzjoni u l-ażil permezz tal-patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil, li jistabbilixxi regoli komuni li jkopru l-ażil, il-ġestjoni tal-migrazzjoni, il-proċeduri fuq il-fruntiera u s-solidarjetà bejn l-istati membri. Il-patt għandu l-għan li jiżgura proċeduri aktar effettivi u uniformi filwaqt li jibbilanċja r-responsabbiltà u s-solidarjetà mal-UE kollha.

Il-Kunsill Ewropew jistabbilixxi l-prijoritajiet strateġiċi tal-UE dwar il-migrazzjoni, filwaqt li l-Kunsill tal-UE jadotta l-leġiżlazzjoni tal-UE u jipprovdi mandati għal negozjati ma' pajjiżi mhux tal-UE. Il-Kunsill tal-UE jaħdem ukoll mal-istati membri fuq l-implimentazzjoni tal-patt u fuq aspetti oħra tal-politika dwar il-migrazzjoni, inkluż il-migrazzjoni legali, ir-ritorni u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi barra mill-UE.

Illustrazzjoni ta' folja karta ttimbrata b'diversi timbri tad-dħul u tal-ħruġ bl-istil ta' passaport, fuq sfond blu u beige, b'pinna tpinġi linja bit-tikek tul il-paġna biex tissimbolizza vjaġġ ta' migrazzjoni.

Patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil

Għadd ta' wasliet irregolari fl-UE

Data sa Settembru 2026, li tkopri l-wasliet permezz tar-rotot murija hawn taħt.

Verżjoni testwali

Grafika li turi l-qsim annwali mhux awtorizzat tal-fruntieri identifikat tul ir-rotot tal-Mediterran Ċentrali, tal-Lvant tal-Mediterran, tal-Punent tal-Mediterran, tal-Afrika tal-Punent, tal-Balkani tal-Punent u tal-fruntiera tal-Lvant, kif ukoll rotot oħra, mill-2015 sa Settembru 2026. Skont iċ-ċifri tal-Frontex, id-detezzjonijiet naqsu minn 1 822 102 fl-2015 għal 179 855 fl-2025. Iċ-ċifra tal-2026 tkopri biss minn Jannar sa Settembru.

Noti: Il-grafika tirrappreżenta l-għadd totali ta' każijiet ta' qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri.

Minħabba n-natura eċċezzjonali tagħhom, iċ-ċifri għar-rotta tal-Punent jeskludu l-wasliet f'Ceuta fis-17 u t-18 ta' Mejju 2021 u bejn it-30 u l-31 ta' Lulju 2026.

Ir-rotot tal-migrazzjoni: minn fejn jiġu l-migranti u r-refuġjati?

Il-persuni li jaslu b'mod irregolari fl-UE jistgħu jivvjaġġaw fuq rotot differenti, skont il-pajjiż ta' oriġini tagħhom, il-punt ta' tluq tagħhom u ċirkostanzi oħra.

Hemm tliet rotot migratorji ewlenin: ir-rotta tal-Lvant tal-Mediterran, ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali u r-rotot tal-Punent.

Wara li r-Russja nediet aggressjoni militari fi Frar 2022, inħolqot rotta temporanja addizzjonali mill-Ukrajna.

A group of people carrying rucksacks walk along a narrow path while blue arrows above them branch out in different directions, symbolising multiple migration routes.

Irregular migration to the EU: routes, facts and figures

Ir-ritorn ta' persuni mingħajr dritt li jibqgħu fl-UE

L-UE qed issaħħaħ l-approċċ komuni tagħha għar-ritorni. Ir-regoli tal-UE jistabbilixxu proċeduri komuni għar-ritorn ta' persuni li ma għandhom l-ebda dritt li jibqgħu fl-UE, inkluż obbligi ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali.

Jintroduċu wkoll ordni Ewropea ta' ritorn u joffru l-possibbiltà għall-istati membri li jistabbilixxu ċentri ta' ritorn f'pajjiżi mhux tal-UE, soġġetti għal salvagwardji u rispett għad-drittijiet fundamentali. Ir-regoli jikkomplementaw il-patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil u ser jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tiegħu.

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Ottubru 2026