Skip to content

Fond fiduċjarju ta' emerġenza tal-UE għall-Afrika

Illustrazzjonijiet fl-infografika jinkludu mappa tal-kontinent Afrikan bi tliet żoni enfasizzati, li juru r-reġjuni li jirċievu fondi taħt il-fond fiduċjarju ta' emerġenza tal-UE għall-Afrika. Erba' ikoni jirrappreżentaw l-erba' objettivi.

Finanzjament

Il-fond fiduċjarju ta' emerġenza tal-UE (EUTF) għall-Afrika wiegħed aktar minn €5 biljun. S'issa, €4.9 biljun ġew approvati għal 251 programm.

Min jibbenefika

26 pajjiż sieħeb fi 3 reġjuni tal-Afrika:

  • Ir-reġjun tas-Saħel u l-Lag Chad: il-Burkina Faso, iċ-Chad, il-Gambja, il-Ghana, il-Guinea, il-Kamerun, il-Kosta tal-Avorju, il-Mali, il-Mauritania, in-Niġer, in-Niġerja u s-Senegal (€2.21 biljun)
  • Il-Qarn tal-Afrika: il-Djibouti, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Kenja, is-Somalja, is-Sudan t'Isfel, it-Tanzanija u l-Uganda (€1.81 biljun)
  • L-Afrika ta' Fuq: l-Alġerija, l-Eġittu, il-Libja, il-Marokk u t-Tuneżija (€907 miljun)

Għanijiet

  • opportunitajiet ekonomiċi u ta' impjieg akbar
  • it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-komunitajiet
  • ġestjoni mtejba tal-migrazzjoni
  • titjib fil-governanza u l-prevenzjoni ta' kunflitti

Riżultati

  • 127 800 impjieg maħluqa
  • 668 500 persuna megħjuna jiżviluppaw attivitajiet li jiġġeneraw id-dħul
  • 9.5 miljun persuna jirċievu servizzi soċjali bażiċi
  • 4.4 miljun persuna jirċievu assistenza fin-nutrizzjoni
  • 509 000 migrant fi tranżitu u persuni spostati bil-forza protetti
  • 2 miljun persuna intlaħqu permezz ta' kampanja ta' informazzjoni dwar ir-riskji b'rabta mal-migrazzjoni
  • 2 100 vittma tat-traffikar assistiti
  • 1.9 miljun persuna jieħdu sehem f'attivitajiet ta' prevenzjoni tal-kunflitti u ta' bini tal-paċi

Sors: Kummissjoni Ewropea (ċifri sa Jannar 2022)

Il-fond fiduċjarju ta' emerġenza għall-Afrika tnieda mill-UE u s-sħab Afrikani fis-Summit tal-Belt Valletta dwar il-migrazzjoni f'Novembru 2015.

Għal aktar informazzjoni: