"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kummerċ UE-Awstralja: fatti u ċifri

L-Unjoni Ewropea u l-Awstralja bħalissa qed jiffinalizzaw in-negozjati dwar ftehim ta' kummerċ ħieles. Fl-2024, il-kummerċ f'oġġetti u servizzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja kellu valur ta' aktar minn €91 biljun.

Mapep tal-Awstralja u tal-Unjoni Ewropea ħdejn xulxin, flimkien mal-bandiera tal-Awstralja u tal-UE u vleġeġ li jissimbolizzaw il-kummerċ.

Kummerċ f'oġġetti

L-UE hija t-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Awstralja għall-oġġetti wara ċ-Ċina u l-Ġappun, u tirrappreżenta 8.6% tal-kummerċ tal-Awstralja.

Fl-2025, il-kummerċ f'oġġetti bejn l-UE u l-Awstralja kellu valur ta' aktar minn €47 biljun – b'€36.9 biljun f'esportazzjonijiet tal-UE lejn l-Awstralja u €10.2 biljun f'importazzjonijiet tal-UE mill-Awstralja.

Fuq perjodu ta' għaxar snin, il-kummerċ f'oġġetti kiber bi kważi 50%.

Vleġeġ jippuntaw lejn l-istilel tal-UE, li jissimbolizzaw l-importazzjoni tal-UE.

€10.2 biljun f'importazzjonijiet mill-Awstralja

Ċart kwadra li turi l-kummerċ f'oġġetti bejn l-UE u l-Awstralja bi tqassim tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet.
Vleġeġ jippuntaw mill-istilel tal-UE lejn ċirku, li jissimbolizzaw l-esportazzjoni tal-UE.

€36.9 biljun f'esportazzjonijiet lejn l-Awstralja

L-aktar oġġetti li sar kummerċ fihom

makkinarju u apparat

sustanzi kimiċi

prodotti minerali (għall-importazzjonijiet tal-UE)

tagħmir tat-trasport (għall-esportazzjonijiet tal-UE)

Kummerċ f'servizzi

Fl-2024, il-kummerċ fis-servizzi bejn l-UE u l-Awstralja kellu valur ta' kważi €42 biljun, bi kważi 11-il biljun li jirrappreżentaw l-importazzjonijiet tal-UE u madwar 31 biljun l-esportazzjonijiet tal-UE.

Fuq perjodu ta' għaxar snin, il-kummerċ fis-servizzi bejn l-UE u l-Awstralja kiber bi kważi 138%.

Vleġeġ jippuntaw lejn l-istilel tal-UE, li jissimbolizzaw l-importazzjoni tal-UE.

€10.9 biljun f'importazzjonijiet mill-Awstralja

Ċart kwadra li turi l-kummerċ f'servizzi bejn l-UE u l-Awstralja bi tqassim tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet.
Vleġeġ jippuntaw mill-istilel tal-UE lejn ċirku, li jissimbolizzaw l-esportazzjoni tal-UE.

€31 biljun f'esportazzjonijiet lejn l-Awstralja

Servizzi ewlenin li sar kummerċ fihom

servizzi tat-telekomunikazzjoni, tal-informatika u tal-informazzjoni

servizzi professjonali, xjentifiċi u tekniċi

servizzi tal-ivvjaġġar

servizzi tat-trasport

Investiment dirett barrani

L-UE hija t-tieni l-akbar sors ta' investiment barrani tal-Awstralja, b'investimenti minn kumpaniji tal-UE b'valur ta' aktar minn €120 biljun fl-2024. L-investiment Ewropew huwa partikolarment preżenti f'setturi bħall-enerġija rinnovabbli, l-infrastruttura, it-trasport, u l-manifattura avvanzata.

Ftehim ta' kummerċ ħieles u kooperazzjoni politika bejn l-UE u l-Awstralja

L-UE u l-Awstralja għandhom kooperazzjoni fit-tul u jikkondividu valuri u prinċipji fundamentali bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba u ekonomija bbażata fuq is-suq. Mill-2022, ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Awstralja huma attwalment inkwadrati minn ftehim qafas politiku, li japprofondixxi l-kooperazzjoni dwar il-politika barranija, il-kummerċ, l-iżvilupp sostenibbli, it-tibdil fil-klima u r-riċerka.

Fir-rigward tar-rabtiet kummerċjali tagħhom, l-UE u l-Awstralja bħalissa qed jiffinalizzaw in-negozjati dwar ftehim ta' kummerċ ħieles. In-negozjati ilhom fis-seħħ mill-2018.

Skont l-istimi magħmula mill-Kummissjoni Ewropea, ladarba l-ftehim jiġi implimentat, il-kummerċ fl-oġġetti u s-servizzi bejn iż-żewġ sħab jista' jiżdied b'madwar terz.

Il-ftehim qafas politiku tal-2022 fih għadd ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali, bħal ftehim ta' rikonoxximent reċiproku biex jitnaqqsu l-ostakli tekniċi għall-kummerċ fi prodotti industrijali. Jistabbilixxi wkoll djalogu dwar il-kummerċ u l-investiment biex jiffaċilita t-tneħħija ta' ostakli mhux tariffarji, itejjeb it-trasparenza u jippromwovi l-flussi bilaterali tal-kummerċ u tal-investiment. Barra minn hekk, il-ftehim jinkludi dispożizzjonijiet għall-kooperazzjoni dwar l-akkwist pubbliku, it-titjib tal-aċċess għas-swieq ta' xulxin u l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar l-oqfsa regolatorji.

Fit-28 ta' Mejju 2024, l-UE u l-Awstralja ffirmaw memorandum ta' qbil li jistabbilixxi sħubija strateġika dwar minerali kritiċi u strateġiċi sostenibbli.

Fit-18 ta' Marzu 2026, l-UE u l-Awstralja ffirmaw sħubija għas-sigurtà u d-difiża. Is-sħubija ser tagħti spinta lill-kooperazzjoni f'oqsma bħall-appoġġ għall-Ukrajna, is-sigurtà marittima, is-sigurtà spazjali, iċ-ċibersigurtà, il-ġlieda kontra t-theddid ibridu, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-immaniġġar ta' kriżijiet.

Id-data użata f'din il-paġna ġiet estratta f'Jannar 2026 u ġejja mis-settijiet ta' data tal-Eurostat li ġejjin:

Ara wkoll

L-aħħar reviżjoni: 24 ta' Marzu 2026