Skip to content

Kummerċ bejn l-UE u l-Kanada: fatti u ċifri

L-UE u l-Kanadajirrappreżentaw popolazzjoni kkombinata ta' madwar 490 miljun persuna. Flimkien dawn jagħmlu kważi għoxrin fil-mija tal-PDG globali u madwar 19% tal-kummerċ globali f'oġġetti u servizzi.

Mapep u bnadar tal-Kanada u tal-Unjoni Ewropea.

Ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Kanada huma bbażati fuq il-ftehim ekonomiku u kummerċjali komprensiv (CETA) bejn l-UE u l-Kanada li ġie applikat proviżorjament minn Settembru 2017 'l hawn.

Fl-2025, il-kummerċ f'oġġetti u servizzi bejn l-UE u l-Kanada ammonta għal aktar minn €130 biljun.

Verżjoni testwali

Bar chart li turi l-valuri tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' oġġetti u servizzi bejn l-UE u l-Kanada.

Oġġetti:

  • importazzjonijiet: €32.9 biljun
  • esportazzjonijiet: €48.9 biljun

Servizzi:

  • importazzjonijiet: €19.7 biljun
  • esportazzjonijiet: €29.4 biljun

Is-sors huwa l-Eurostat.

Kummerċ fl-oġġetti

Il-kummerċ fl-oġġetti bejn l-UE u l-Kanada ammonta għal kważi €82 biljun fl-2025. L-UE kienet it-tieni sieħeb kummerċjali tal-Kanada, u rrappreżentat 8.7% tal-kummerċ tagħha. Il-Kanada kienet it-12-il sieħeb kummerċjali tal-UE.

Vleġġa.

Valur ta' €32.9 biljun f'importazzjonijiet tal-UE mill-Kanada

Grafika li turi l-kummerċ fl-oġġetti bejn l-UE u l-Kanada.
Vleġġa.

Valur ta' €48.9 biljun f'esportazzjonijiet tal-UE lejn il-Kanada

Oġġetti ewlenin innegozjati bejn l-UE u l-Kanada

Makkinarju

Sustanzi kimiċi u prodotti

farmaċewtiċi

Prodotti minerali (għall-importazzjonijiet tal-UE)

Tagħmir tat-trasport (għall-esportazzjonijiet tal-UE)

Kummerċ fis-servizzi

Fl-2025, il-kummerċ fis-servizzi bejn l-UE u l-Kanada kien ta' €49 biljun.

Vleġġa.

Valur ta' €19.7 biljun f'importazzjonijiet tal-UE mill-Kanada

Grafika li turi l-kummerċ fis-servizzi bejn l-UE u l-Kanada.
Vleġġa.

Valur ta' €29.4 biljun f'esportazzjonijiet tal-UE lejn il-Kanada

Is-servizzi ewlenin li jsir kummerċ fihom bejn l-UE u l-Kanada

Servizzi professjonali, xjentifiċi u tekniċi

Ivvjaġġar

Trasport

Servizzi ta' telekomunikazzjoni, tal-informatika u tal-informazzjoni

Il-ftehim ekonomiku u kummerċjali komprensiv bejn l-UE u l-Kanada

Dan il-ftehim kummerċjali ġie applikat proviżorjament minn Settembru 2017 'l hawn. F'dak iż-żmien, il-Kanada u l-UE abolew 98% tat-tariffi tagħhom u qablu li gradwalment jeliminaw kważi l-linji tariffarji kollha li fadal.

Bejn l-2016 u l-2025, il-kummerċ fl-oġġetti żdied b'aktar minn 76 % u l-kummerċ fis-servizzi b'madwar 90%. Il-kummerċ kemm fl-oġġetti kif ukoll fis-servizzi kiber b'aktar minn 81% bejn l-2016 u l-2025.

Skont evalwazzjoni ex post tas-CETA, il-PDG tal-UE kiber bi €3.2 biljun kull sena minħabba l-ftehim.

Il-benefiċċji ewlenin tas-CETA:

  • jelimina l-biċċa l-kbira tad-dazji doganali u jnaqqas il-burokrazija
  • jagħmilha aktar faċli għall-Ewropej biex jaħdmu fil-Kanada
  • jiżgura li l-kumpaniji tal-UE jkollhom aċċess għas-suq tas-servizzi Kanadiż
  • joħloq kundizzjonijiet prevedibbli kemm għall-investituri tal-UE kif ukoll dawk Kanadiżi

Investiment dirett barrani

Il-valur kumulattivtal-istokkijiet ta' investiment dirett barrani (FDI) tal-UEfil-Kanada kien ta' 244.7 biljun fl-2024. Il-valur kumulattiv tal-istokkijiet ta' investiment dirett barrani Kanadiżi fl-UE-27 kien ta' €230 biljun.

Id-data użata f'din il-paġna ġiet estratta f'Ġunju 2026 u ġejja mis-settijiet ta' data tal-Eurostat li ġejjin:

Ara wkoll

Leġiżlazzjoni kummerċjali tal-UE

Leġiżlazzjoni kummerċjali tal-UE

Ftehimiet kummerċjali tal-UE

Ftehimiet kummerċjali tal-UE

Xi jfissru t-tariffi tal-UE

Xi jfissru t-tariffi tal-UE

L-aħħar reviżjoni: 29 ta' Ġunju 2026