"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kummerċ UE-Indoneżja: fatti u ċifri

L-Unjoni Ewropea u l-Indoneżja qed jaħdmu fuq Ftehim ta' Sħubija Ekonomika Komprensiv (CEPA)u Ftehim ta' Protezzjoni tal-Investiment (IPA) biex ikomplu japprofondixxu r-relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment tagħhom. F'Settembru 2025, iż-żewġ naħat iffinalizzaw in-negozjati dwar il-ftehimiet.

Dwar l-Indoneżja

L-Indoneżja hija l-akbar ekonomija fix-Xlokk tal-Asja. Huwa r-raba' pajjiż bl-akbar popolazzjoni fid-dinja, b'popolazzjoni ta' aktar minn 280 miljun.

Mappa tal-Indoneżja

L-ekonomija Indoneżjana qed tespandi – għal dawn l-aħħar 20 sena, il-PDG tagħha kiber b'rata ta' madwar 5% kull sena (bl-eċċezzjoni tal-2020 u l-2021 – minħabba l-pandemija tal-COVID-19).

L-Indoneżja hija membru tal-ASEAN (l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja – organizzazzjoni ġeopolitika u ekonomika ta' għaxar pajjiżi fl-Asja tax-Xlokk).

Kummerċ fil-merkanzija

Fl-2024, il-kummerċ fil-merkanzija bejn l-UE u l-Indoneżja kellu valur ta' aktar minn €27 biljun, li jinkludi €17.5 biljun f'importazzjonijiet u €9.8 biljun f'esportazzjonijiet. L-UE kienet il-ħames l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Indoneżja, filwaqt li l-Indoneżja kienet it-33 l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE u l-ħames sieħeb fost il-pajjiżi tal-ASEAN.

F'dawn l-aħħar għaxar snin, il-kummerċ fil-merkanzija bejn l-UE u l-Indoneżja kiber b'aktar minn 24%. L-importazzjonijiet kibru b'aktar minn terz, filwaqt li l-esportazzjonijiet żdiedu b'aktar minn 10%.

Viżwal ta' pakkett bi vleġġa li tipponta lejn iċ-ċart li jissimbolizza l-importazzjonijiet.

€17.5 biljun f'importazzjonijiet lejn l-UE

Ċart kwadra li tivviżwalizza l-importazzjonijiet tal-UE mill-Indoneżja (€17.5 biljun) u l-esportazzjonijiet tal-UE lejn l-Indoneżja (€9.8 biljun)
viżwal b'pakkett u vleġġa li tipponta lejn il-lemin li jissimbolizza l-esportazzjonijiet

€9.8 biljun f'esportazzjonijiet mill-UE

Merkanzija ewlenija li l-UE tesporta lejn l-Indoneżja

makkinarju mhux elettriku

sustanzi kimiċi

prodotti agrikoli

Merkanzija ewlenija li l-UE timporta mill-Indoneżja

prodotti agrikoli

apparat mekkaniku u tagħmir elettriku

oġġetti manifatturati oħra (eż. żraben)

Kummerċ fis-servizzi

Fl-2023 (l-aħħar sena li għaliha hemm data disponibbli), il-kummerċ fis-servizzi bejn l-UE u l-Indoneżja kellu valur ta' €8.8 biljun, li jinkludi €5.7 biljun f'esportazzjonijiet tal-UE u €3.1 biljun f'importazzjonijiet tal-UE. Dan jirrappreżenta tkabbir ta' aktar minn 57% fi żmien għaxar snin.

Immaġni tal-pakkett u l-vleġġa li tipponta lejn iċ-ċart li tissimbolizza l-importazzjonijiet.

€3.1 biljun f'importazzjonijiet tal-UE mill-Indoneżja

Ċart kwadra li turi l-importazzjonijiet tal-UE mill-Indoneżja u l-importazzjonijiet lejha.
Immaġni tal-pakkett u l-vleġġa li tipponta 'l barra miċ-ċart li tissimbolizza l-esportazzjonijiet.

€5.7 biljun f'esportazzjonijiet tal-UE lejn l-Indoneżja

Servizzi ewlenin fil-kummerċ bejn l-UE u l-Indoneżja

servizzi tat-trasport

servizzi tat-telekomunikazzjoni, il-kompjuter u l-informatika

servizzi tal-ivjaġġar

servizzi ta' R&Ż, ta' konsulenza professjonali u maniġerjali

Ftehim ta' Sħubija Ekonomika Komprensiv bejn l-UE u l-Indoneżja

L-UE u l-Indoneżja ilhom jinnegozjaw Ftehim ta' Sħubija Ekonomika Komprensiv (CEPA) u Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment (IPA) mill-2016. F'Lulju 2025, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u l-President tal-Indoneżja laħqu ftehim politiku dwar il-ftehimiet. F'Settembru 2025, l-UE kkonkludiet in-negozjati.

L-abbozzi ta' testi nnegozjati bħalissa għaddejjin mill-proċess ta' reviżjoni u traduzzjoni legali fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea mbagħad tressaq il-proposta tagħha lill-Kunsill għall-iffirmar tas-CEPA u l-IPA. It-test imbagħad jintbagħat lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni tiegħu. Ladarba tingħata din l-approvazzjoni, il-Kunsill ser jieħu deċiżjoni dwar il-konklużjoni tal-ftehimiet.

Il-ftehimiet għandhom l-għan li jilliberalizzaw il-kummerċ fil-prodotti u s-servizzi, itejbu l-protezzjoni tal-investiment u jtejbu l-kooperazzjoni regolatorja. 98.5% tat-tariffi Indoneżjani fuq il-prodotti tal-UE ser jitneħħew. It-tnaqqis tat-tariffi Indoneżjani għoljin, li jammontaw għal medja ta' 10%, u tat-tariffi individwali li jammontaw għal sa 150% ser jippermetti lill-esportaturi tal-UE jiffrankaw aktar minn €600 miljun f'dazji doganali mħallsa fuq il-merkanzija tagħhom li tidħol fis-suq Indoneżjan.

Ara wkoll

Illustrazzjoni tad-Dinja b'bar chart u line chart li jissuġġerixxu żieda fil-kummerċ globali.

Leġiżlazzjoni kummerċjali tal-UE

Pinna tiffirma dokument, bi graff ta' linja ħamra tiela' 'l fuq u ċart finanzjarja fl-isfond.

Ftehimiet kummerċjali tal-UE

Negozjati kummerċjali tal-UE: illustrazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-Kunsill bi vleġġa li tindika l-Kummissjoni Ewropea u ikona ta' dokument li jirrappreżenta l-bidu tan-negozjati kummerċjali

Negozjati kummerċjali tal-UE

L-aħħar reviżjoni: 30 ta' Settembru 2025