"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kummerċ UE-Stati Uniti: fatti u ċifri

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti għandhom l-akbar relazzjoni bilaterali ta' kummerċ u investiment u l-aktar relazzjoni ekonomika integrata fid-dinja.

Flimkien, jirrappreżentaw kważi 30% tal-kummerċ dinji fl-oġġetti u s-servizzi u 43% tal-PDG dinji.

Fl-2025, il-kummerċ trans-Atlantiku ta' oġġetti u servizzi laħaq aktar minn €1.77 triljun (data proviżorja). Kemm l-UE kif ukoll l-Istati Uniti huma s-sħab kummerċjali ewlenin ta' xulxin fil-kummerċ ta' oġġetti.

Mapep u bnadar tal-Istati Uniti u tal-UE. Żewġ vleġeġ jgħaqqdu dawn l-elementi.

Kummerċ ta' oġġetti (2025)

Fl-2025, il-kummerċ ta' oġġetti bejn l-UE u l-Istati Uniti kellu valur ta' aktar minn €910 biljun. Dan kważi rdoppja fl-aħħar 10 snin.

Ikona li tirrappreżenta l-importazzjoni.

€356.2 biljun f'importazzjonijiet lejn l-UE mill-Istati Uniti

Tabella grafika li turi s-sehem tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-oġġetti.
Ikona li tirrappreżenta l-esportazzjoni.

€554.6 biljun f'esportazzjonijiet mill-UE lejn l-Istati Uniti

L-Istati Uniti huma s-sieħeb kummerċjali ewlieni tal-UE

L-Istati Uniti huma s-sieħeb kummerċjali ewlieni tal-UE għall-esportazzjoni mill-UE u t-tieni sieħeb (wara ċ-Ċina) għall-importazzjoni lejn l-UE.

Verżjoni testwali

21% tal-esportazzjoni ta' oġġetti mill-UE tmur lejn l-Istati Uniti, segwiti mir-Renju Unit (13.1%), l-Iżvizzera (8.3%), iċ-Ċina (7.5%) u t-Turkija (4.3%).

22% tal-importazzjoni ta' oġġetti lejn l-UE tiġi miċ-Ċina, segwita mill-Istati Uniti (14.2%), ir-Renju Unit (6.3%), l-Iżvizzera (5.7%) u t-Turkija (4.1%).

Kemm għall-importazzjoni kif ukoll għall-esportazzjoni, il-ħames kategoriji ta' prodotti li l-aktar li sar kummerċ fihom irrappreżentaw kważi nofs il-kummerċ kollu mal-Istati Uniti.

Oġġetti ewlenin li l-UE tesporta lejn l-Istati Uniti

Prodotti tal-mediċina u farmaċewtiċi

Vetturi tat-triq

Makkinarju u tagħmir industrijali ġenerali

Oġġetti ewlenin li l-UE timporta mill-Istati Uniti

Prodotti taż-żejt u materjali relatati

Prodotti tal-mediċina u farmaċewtiċi

Makkinarju u tagħmir li jiġġeneraw l-enerġija

Kummerċ tas-servizzi (2025)

Fl-2025, skont data proviżorja, il-kummerċ totali fis-servizzi bejn l-UE u l-Istati Uniti kellu valur ta' madwar €865 biljun.

Ikona li tirrappreżenta l-importazzjoni.

€521.8 biljun f'importazzjonijiet lejn l-UE mill-Istati Uniti

Tabella grafika li turi s-sehem tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tas-servizzi.
Ikona li tirrappreżenta l-esportazzjoni.

€343.4 biljun f'esportazzjonijiet mill-UE lejn l-Istati Uniti

Servizzi ewlenin li l-UE tesporta lejn l-Istati Uniti

Servizzi professjonali, xjentifiċi u tekniċi

Servizzi ta' telekomunikazzjoni, informatika u informazzjoni

Trasport

Servizzi ewlenin li l-UE timporta mill-Istati Uniti

Ħlasijiet għall-użu ta' proprjetà intellettwali

Servizzi professjonali, xjentifiċi u tekniċi

Servizzi ta' telekomunikazzjoni, informatika u informazzjoni

Surplus kummerċjali

L-UE kellha surplus kummerċjali mal-Istati Uniti ta' madwar €20 biljun fl-2025, meta jitqiesu kemm l-oġġetti kif ukoll is-servizzi. Dan kien jirrappreżenta biss madwar 1% tal-kummerċ totali bejn l-UE u l-Istati Uniti.

Fir-rigward tal-kummerċ tal-oġġetti, l-UE kellha surplus ta' €198 biljun, u fir-rigward tal-kummerċ fis-servizzi, l-UE kellha defiċit ta' aktar minn €178 biljun.

F'dak ir-rigward, l-ekonomiji tal-UE u tal-Istati Uniti jikkomplementaw lil xulxin tajjeb ħafna.

Dikjarazzjoni konġunta UE-Stati Uniti

Id-dikjarazzjoni konġunta bejn l-UE u l-Istati Uniti, maqbula fil-21 ta' Awwissu 2025, stabbiliet qafas biex jitnaqqsu t-tariffi u tissaħħaħ ir-relazzjoni kummerċjali trans-Atlantika.

F'Ġunju 2026, il-Kunsill adotta formalment żewġ regolamenti li jimplimentaw l-impenji tariffarji stipulati fid-Dikjarazzjoni Konġunta:

  • regolament ewlieni li jneħħi d-dazji doganali li fadal fuq il-prodotti industrijali tal-Istati Uniti u li jagħti aċċess preferenzjali għas-suq għal ċerti prodotti tal-frott tal-baħar u prodotti agrikoli mhux sensittivi mill-Istati Uniti
  • regolament ieħor li jestendi s-sospensjoni tad-dazju għall-importazzjoni tal-awwista, inkluż l-awwista pproċessata, mill-pajjiżi kollha fuq bażi tan-nazzjon l-aktar iffavorit

Ir-regolamenti jinkludu mekkaniżmi msaħħa ta' salvagwardja u sospensjoni biex jiġu protetti l-interessi ekonomiċi tal-UE. Ir-regolament ewlieni ser jieqaf japplika fi tmiem l-2029, filwaqt li r-regolament dwar l-awwista ser jiskadi fil-31 ta' Lulju 2030 sakemm ma titteħidx azzjoni ulterjuri.

Id-data użata f'din il-paġna ġiet estratta f'Mejju 2026 u ġejja mis-settijiet ta' data tal-Eurostat li ġejjin:

Ara wkoll

Biċċa karta b'pinna, id tieħu b'id oħra u forom astratti bil-kuluri u l-istilel tal-bnadar tal-UE u tal-Istati Uniti.

Ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Istati Uniti

Kontejners tat-tbaħħir li jirrappreżentaw il-kummerċ.

Xi jfissru t-tariffi tal-UE

Illustrazzjoni tad-Dinja b'bar chart u line chart li jissuġġerixxu żieda fil-kummerċ globali.

Leġiżlazzjoni kummerċjali tal-UE

L-aħħar reviżjoni: 25 ta' Ġunju 2026