Baġit għall-2021-2027 u pjan ta' rkupru tal-UE
Nefqa tal-UE 2021-2027
Total: €1 824.3 BILJUN
Il-baġit tal-UE għal 7 snin - Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP): €1 074.3 BILJUN
Next Generation EU (NGEU): €750 biljun
Pakkett ta' rkupru mill-COVID-19 ikkonċentrat fl-ewwel snin.
- €390 biljun f'għotjiet
- €360 biljun f'self
Żieda fil-kapital fuq is-swieq finanzjarji.
Tqassim tal-infiq tal-UE 2021-2027
€ biljun, prezzijiet tal-2018
Suq uniku, innovazzjoni u diġitali: 143.4 (10.6 Next Generation EU)
Jinkludi:
- Orizzont Ewropa
- Fond InvestEU
Koeżjoni, reżiljenza u valuri: 1099.7 (721.9 Next Generation EU)
Jinkludi:
- Fondi tal-politika ta' koeżjoni
- Faċilità għall-Irkupru u għar-Reżiljenza
- Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-protezzjoni ċivili - RescEU
- Programm għas-saħħa
Riżorsi naturali u ambjent: 373.9 (17.5 Next Generation EU)
Jinkludi:
- Politika Agrikola Komuni
- Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
Migrazzjoni u ġestjoni tal-fruntieri: 22.7
Jinkludi:
- Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil
- Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri
Sigurtà u difiża: 13.2
Jinkludi:
- Fond Ewropew għad-Difiża
- Fond għas-Sigurtà Interna
Viċinat u d-dinja: 98.4
Jinkludi:
- Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp & ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI)
- Strument għall-Għajnuna Umanitarja
Amministrazzjoni pubblika Ewropea: 73.1
Investiment akbar fit-tranżizzjoni klimatika u dik diġitali
Integrazzjoni tal-azzjoni klimatika: mira ta' 30% tal-infiq kumplessiv fil-programmi kollha.
Integrazzjoni diġitali: infiq fit-trasformazzjoni diġitali fil-programmi kollha.
Żidiet fil-baġit għal:
- Programm Ewropa Diġitali
- Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (qasam diġitali)
Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit
€5 biljun biex jiġu appoġġati l-istati membri u s-setturi ekonomiċi l-aktar milquta mill-Brexit.
Riżorsi proprji ġodda
Approċċ ta' erba' fażijiet:
- Kontribuzzjoni bbażata fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat – 1 ta' Jannar 2021
- Mekkaniżmu ta' aġġustament għat-taxxa fuq il-karbonju fil-fruntieri u għall-imposta diġitali - għandu jiġi introdott sal-1 ta' Jannar 2023
- Riżorsa proprja bbażata fuq l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (estensjoni possibbli għas-setturi tal-avjazzjoni u dak marittimu)
- Ħidma fuq l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda oħra
Ir-rikavati mir-riżorsi proprji l-ġodda introdotti wara l-2021 ser jintużaw għall-ħlas lura antiċipat tas-self tan-Next Generation EU.