Skip to content

Nikkollegaw l-UE u l-Balkani tal-Punent

L-UE qed tibni rabtiet b'saħħithom mar-reġjuni tal-Balkani tal-Punent permezz ta' investimenti fit-trasport, appoġġ finanzjarju għal riformi, il-programm Erasmus+, skambji kummerċjali, u solidarjetà fi żminijiet ta' kriżi.

Nikkollegaw l-UE u l-Balkani tal-Punent

L-UE tinvesti fl-infrastruttura tat-trasport

L-UE pprovdiet €333 miljun għal proġetti tat-trasport (2014-2017), li ġġeneraw €934 miljun f'investiment privat.

L-UE tappoġġa b'mod finanzjarju riformi politiċi u ekonomiċi

L-UE tipprovdi assistenza ta' qabel l-adeżjoni għas-sħab tal-Balkani tal-Punent

Assistenza ta' qabel l-adeżjoni għal kull sieħeb fl-2017 (f'miljuni ta' €)

  • Albanija: 92.9
  • Bożnija- Ħerzegovina: 43.7
  • Maċedonja ta' Fuq: 94.9
  • Kosovo: 91.9
  • Montenegro: 39.5
  • Serbja: 215.4

L-UE hija s-sieħeb kummerċjali #1 fir-reġjun

Kummerċ tal-Balkani tal-Punent mad-dinja:

  • UE= 73 % tal-kummerċ totali tar-reġjun
  • Ċina: 5.8 %
  • Russja: 4.8 %

Aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ

+18 000 żagħżugħ u żagħżugħa mill-Balkani tal-Punent ħadmu u studjaw fl-UE bis-saħħa tal-programm Erasmus+ fl-2015-2016.

+7 000 bejn studenti u persunal mill-UE ħadmu u studjaw fil-Balkani tal-Punent mill-2014 'l hawn

L-UE tgħin lill-Balkani tal-Punent waqt il-kriżijiet

L-UE u l-istati membri tagħha pprovdew għajnuna finanzjarja u appoġġ materjali lis-sħab tagħhom tal-Balkani tal-Punent milquta minn diżastri naturali

  • Għajnuna f'każ ta' diżastru għall-Bożnija-Ħerzegovina wara l-għargħar tal-2014: €41 miljun
  • Għajnuna f'każ ta' diżastru għall-Albanija wara l-għargħar tal-2015: €17.9-il miljun

Il-konnettività kienet waħda mit-temi ewlenin fis-summit UE-Balkani tal-Punent fl-2018. Biex issir taf aktar dwar is-summit, ara: