"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 18/11/2019, 18 ta' Novembru 2019
Riżultati ewlenin
Agrikoltura
Pakkett ta' riforma tal-PAK ta' wara l-2020
It-tibdil fil-klima huwa waħda mill-akbar sfidi ta' żmienna. Aħna li nfasslu l-politika jeħtieġ li nagħtu lill-bdiewa tal-UE l-għodda u r-riżorsi t-tajba sabiex ikunu jistgħu jaqdu rwol ewlieni fil-ħarsien tal-ambjent u fis-sostenibbiltà fit-tul tan-negozji tagħhom stess.
Jari Leppä, Ministru għall-Agrikoltura u l-Forestrija tal-Finlandja u President tal-Kunsill
Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet f'seduta pubblika dwar l-aspettiambjentali u dawk relatati mal-klima tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) ta' wara l-2020.
Il-ministri ffukaw b'mod partikolari fuq suġġeriment mill-presidenza maħsub biex iżid l-ambizzjoni ambjentali u l-flessibbiltà tal-PAK ta' wara l-2020 permezz tal-istabbiliment ta' sehem komuni uniku ta' finanzjament għal finijiet ambjentali u klimatiċi.
Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti tagħha lill-Kunsill għal regoli tranżitorji tal-PAK. Il-proposti, adottati fil-31 ta' Ottubru 2019, għandhom l-għan li jipprovdu ċertezza u kontinwità fl-għoti tal-appoġġ lill-bdiewa Ewropej fis-sena 2021, u li jagħmluha possibbli li fis-sena 2020 ikompli jsir it-trasferiment ta' fondi bejn il-pilastri.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.