- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 27 ta' Jannar 2020
Riżultati ewlenin
Agrikoltura
It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima hija waħda mill-akbar sfidi għall-UE. Il-bdiewa u s-sajjieda ser ikollhom rwol kruċjali fil-kisba ta’ dan l-għan importanti. Iżda se jkollhom bżonn l-għajnuna. Il-politiki futuri tagħna jridu jiżguraw tranżizzjoni ġusta u għajxien deċenti. Sadanittant, il-bdiewa Ewropej jistħoqqilhom ċertezza u prevedibbiltà. F'dan il-kuntest, jeħtieġ li nilħqu ftehim dwar ir-regoli tranżizzjonali tal-PAK mill-aktar fis possibbli, u nżommu r-regoli antiki jiffunzjonaw matul il-perjodu tranżizzjonali. Ħadd ma għandu jitħalla jaqa’ lura. Marija Vučković, Ministru għall-Agrikoltura tal-Kroazja
Patt Ekoloġiku Ewropew
F’seduta pubblika l-Kummissjoni ppreżentat il-komunikazzjoni tagħha "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew" ippubblikata fil-11 ta’ Diċembru 2019. L-istrateġija "Mill-Għalqa sal-Platt" u l-Politika Agrikola Komuni (PAK) huma identifikati fil-komunikazzjoni bħala l-għodod ewlenin biex jgħinu lill-bdiewa u lis-sajjieda jiġġieldu t-tibdil fil-klima, jipproteġu l-ambjent u jippreservaw il-bijodiversità.
Wara l-preżentazzjoni, il-ministri kellhom diskussjoni dwar l-aspetti agrikoli tal-Patt Ekoloġiku Ewropew abbażi ta' nota ta’ gwida mħejjija mill-presidenza.
Regolament dwar ir-regoli tranżizzjonali tal-PAK
Abbażi ta’ dokument tal-presidenza, il-ministri kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar il-proposta għal regolament dwar ir-regoli tranżizzjonali tal-PAK. Din għandha l-għan li tiżgura l-kontinwità tal-appoġġ tal-PAK lill-bdiewa Ewropej u lil benefiċjarji oħra fl-2021 peress li l-pjanijiet strateġiċi il-ġodda mhux se jkunu jistgħu japplikaw minn Jannar 2021.
- Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ tal-FAEŻR u l-FAEG fl-2021, tħejjija tad-dibattitu tal-Kunsill, 14 ta’ Jannar 2020
- Proposta għal Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ tal-FAEŻR u l-FAEG fl-2021, 14 ta’ Jannar 2020
- Skambju ta’ fehmiet dwar ir-regoli tranżizzjonali tal-PAK, 27 ta’ Jannar 2020
Affarijiet oħra
Tikkettar tat-trattament xieraq tal-annimali
Id-delegazzjoni Ġermaniża pprovdiet informazzjoni dwar diskussjonijiet parlamentari fil-Ġermanja rigward tikketta nazzjonali li tiddistingwi ikel prodott skont l-istandards tat-trattament xieraq tal-annimali li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti legali minimi, u rigward il-pożizzjoni tal-Ġermanja favur tikketta dwar it-trattament xieraq tal-annimali fl-UE kollha għal dan it-tip ta’ ikel.
Deni Afrikan tal-Ħnieżer (ASF)
Il-Kummissjoni Ewropea infurmat dwar l-eżitu tal-konferenza internazzjonali ta’ livell għoli “Il-futur tal-produzzjoni globali tal-majjal taħt theddida mid-deni Afrikan tal-ħnieżer”.
Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Franza, il-Ġermanja u Spanja dwar il-PAK futura
Id-delegazzjoni Franċiża ppreżentat dikjarazzjoni konġunta ffirmata fid-19 ta’ Diċembru 2019 mill-Ministri għall-agrikoltura tal-Ġermanja, Spanja u Franza rigward il-futur tal-Politika Agrikola Komuni.
Tikkettar tal-għasel
F’isem diversi delegazzjonijiet, is-Slovenja u l-Portugall ippreżentaw dikjarazzjoni dwar it-tikkettar tal-oriġini tat-taħlit tal-għasel.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025