Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 05/12/2016, 5 ta' Diċembru 2016

Riżultati ewlenin

Pjanijiet u prospetti baġitarji

Fis-sessjoni tiegħu ta' filgħodu l-Grupp tal-Euro ddiskuta l-abbozzi ta' pjanijiet baġitarji għall-2017 tal-istati membri taż-żona tal-euro. Id-diskussjoni ġiet ibbażata fuq l-opinjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar dawn il-pjanijiet, li kienu ppubblikati fis-16 ta' Novembru. Skont is-sejbiet tal-Kummissjoni, tmien pajjiżi - il-Belġju, Ċipru, il-Finlandja, l-Italja, il-Litwanja, il-Portugall, is-Slovenja u Spanja - għandhom pjanijiet baġitarji li huma f'riskju li ma jikkonformawx mar-regoli fiskali speċifikati fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST).

Il-Grupp tal-Euro qabel b'mod ġenerali mal-opinjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea. Hija stiednet lill-Italja biex tieħu l-passi meħtieġa u laqgħet l-impenn ta' pajjiżi oħra kkonċernati biex jiżguraw il-konformità mar-regoli. Il-Grupp tal-Euro stenna bil-ħerqa wkoll il-preżentazzjoni tal-abbozzi ta' pjanijiet baġitarji aġġornati mil-Litwanja u Spanja.

Il-ministri ddiskutew ukoll is-sitwazzjoni baġitarja u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-euro kollha. Huma enfasizzaw l-importanza li jinstab bilanċ adatt bejn l-iżgurar tas-sostenibbiltà fiskali u l-appoġġ għall-investiment biex jissaħħaħ l-irkupru fraġli.

Il-Grupp tal-Euro ħa nota tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni u tal-analiżi tal-pożizzjoni fiskali li tappella għal pożizzjoni fiskali pożittiva fiż-żona tal-euro. Huwa fakkar li f'Lulju, il-ministri kkonkludew, abbażi tal-analiżi tal-Kummissjoni, li l-pożizzjoni fiskali aggregata ġeneralment newtrali fl-2017 tikseb bilanċ adatt. Il-Grupp tal-Euro enfasizza li hemm differenzi konsiderevoli bejn l-istati membri f'dak li jikkonċerna l-ispazju fiskali u l-ħtiġijiet ta' konsolidazzjoni baġitarja. Barra minn hekk, il-ministri enfasizzaw l-importanza ta' kompożizzjoni ta' miżuri baġitarji li tiffavorixxi t-tkabbir.

Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar tal-politiki fiskali nazzjonali, l-istati membri taż-żona tal-euro għandhom jippreżentaw l-abbozz ta' pjanijiet baġitarji tagħhom għall-evalwazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea bejn l-1 u l-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena. L-abbozz ta' pjan baġitarju tal-Greċja ma ġiex evalwat f’dan l-eżerċizzju billi dan jiġi vvalutat separatament, bħala parti mill-programm ta’ aġġustament makroekonomiku li qed isir tal-Greċja.

Greċja

Il-Grupp tal-Euro ngħata informazzjoni mill-istituzzjonijiet dwar is-sitwazzjoni attwali tat-tieni rieżami tal-programm ta’ aġġustament ekonomiku, wara l-missjoni ta’ rieżami li saret mill-istituzzjonijiet f'nofs Novembru. Il-Grupp tal-Euro laqa' l-progress li sar sa issa u appella lill-awtoritajiet Griegi u lill-istituzzjonijiet biex jissoktaw malajr in-negozjati u jilħqu qbil dwar pakkett ta' riforma politika kondiviż mill-partijiet ikkonċernati kollha.

Saret dikjarazzjoni li tapprova pakkett ta' miżuri tad-dejn għal żmien qasir u li jispjega t-triq 'il quddiem.

Programm ta' ħidma tal-Grupp tal-Euro

Il-Grupp tal-Euro adotta l-programm ta’ ħidma tiegħu għall-ewwel nofs tal-2017.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025