Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 20/03/2017, 20 ta' Marzu 2017

Riżultati ewlenin

Abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir

Il-Grupp tal-Euro vvaluta kif l-istati membri taż-żona euro qed jimplimentaw l-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji tagħhom għall-2017 u l-impenji stabbiliti tad-dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tal-5 ta’ Diċembru 2016 u tas-26 ta’ Jannar 2017. L-evalwazzjoni saret fid-dawl tat-Tbassir tax-Xitwa 2017 tal-Kummissjoni Ewropea, u mhijiex sinifikattivament differenti mill-valutazzjonijiet magħmula f’Diċembru 2016 u f’Jannar ta’ din is-sena.

Il-Grupp tal-Euro qabel li jirrevedi s-sitwazzjoni mill-ġdid din ir-rebbiegħa.

Diskussjoni tematika dwar it-tkabbir u l-impjiegi: is-sistemi tal-pensjonijiet

Il-Grupp tal-Euro kompla bid-diskussjoni tematika tiegħu dwar is-sistemi tal-pensjonijiet tal-istati membri taż-żona euro. Din id-darba l-ministri ħarsu lejn ħidma analitika riċenti mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea, u qablu li jibdew il-valutazzjoni komparattiva fost l-istati membri.

Il-valutazzjoni komparattiva tas-sistemi tal-pensjoni għandha tkun ibbażata fuq sett ta’ indikaturi (li jinkludu s-sostenibbiltà fiskali tas-sistemi tal-pensjonijiet) u l-aħjar prattiki nazzjonali. Id-dettalji huma speċifikati fid-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro.

Dan is-suġġett ġie diskuss l-aħħar f’Ġunju 2016, fejn il-ministri qablu dwar sett ta’ prinċipji komuni għat-tisħiħ tas-sostenibbiltà tal-pensjonijiet.

Greċja

L-istituzzjonijiet (il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà) u l-Ministru Grieg għall-Finanzi Euclid Tsakalotos infurmaw lill-Grupp tal-Euro dwar l-iżviluppi fir-rigward tat-tieni reviżjoni tal-programm ta' aġġustament ekonomiku tal-Greċja.

L-awtoritajiet Griegi u l-istituzzjonijiet jibqgħu jfittxu konklużjoni rapida tal-ftehim fil-livell tal-persunal, ibbażata fuq il-fehim reċiproku li laħqu x-xahar li għadda. L-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet Griegi ser ikollhom taħditiet intensivi fi Brussell fil-jiem li ġejjin, li jiffokaw fuq il-kwistjonijiet prinċipali pendenti. Dawn jinkludu r-ribbilanċjar favorevoli għat-tkabbir tal-finanzi pubbliċi tal-Greċja fuq medda medja ta' żmien (fl-2018 u lil hinn) u r-riforma tas-suq tax-xogħol.

Il-ftehim fil-livell tal-persunal huwa kundizzjoni neċessarja għall-konklużjoni b’suċċess tar-reviżjonijiet tal-programm u biex jirċievu aktar appoġġ finanzjarju disponibbli taħt il-programm.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025