Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 7 ta' Ottubru 2024

Riżultati ewlenin

F'format inklużiv:

L-euro diġitali: sitwazzjoni attwali f'ekosistema ta' pagamenti li qed tinbidel

Il-ministri skambjaw il-fehmiet tagħhom dwar il-fatturi politiċi ewlenin li jsawru l-euro diġitali fil-kuntest usa' tas-sistemi ta' pagament Ewropej, wara preżentazzjonijiet mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u aġġornamenti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Presidenza tal-Kunsill.

<p>Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro</p>

Kwalunkwe deċiżjoni biex tiġi introdotta euro diġitali jkollha tiżgura li l-euro tibqa' adatta f'dinja diġitali u tal-pagamenti li qed tinbidel malajr.

<p>Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro</p>

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Il-kompetittività taż-żona tal-euro: diskussjoni mmirata lejn il-finalizzazzjoni tal-fluss ta' ħidma

Il-ministri kellhom diskussjoni bl-għan li joqorbu lejn il-finalizzazzjoni tal-fluss ta' ħidma li jdum sena dwar il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea.

Il-President tal-Grupp tal-Euro stabbilixxa l-messaġġi ewlenin emerġenti għal abbozz ta' dikjarazzjoni u involva ruħu fi skambju ta' fehmiet mal-ministri abbażi ta' dan.

L-objettiv tagħna fil-Grupp tal-Euro huwa li nipprovdu viżjoni strateġika u trasversali dwar xi prijoritajiet ta' politika kondiviżi b'mod komuni fost il-ministri tal-finanzi, li min-naħa tagħha tista' tiġġenera momentum ġdid għall-isforzi kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Unjoni tas-swieq kapitali: rendikont

Il-ministri ddiskutew is-segwitu għad-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro dwar il-futur tal-unjoni tas-swieq kapitali minn Marzu 2024, b'enfasi fuq miżuri biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-swieq kapitali għal kumpaniji żgħar u ta' daqs medju.

Il-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) Nadia Calviño infurmat lill-ministri dwar l-inizjattivi tal-BEI f'dan il-kuntest.

Iż-żamma tal-momentum politiku fuq l-unjoni tas-swieq kapitali hija prijorità importanti għall-Grupp tal-Euro. F'Novembru ser nerġgħu lura għal dan u nivvalutaw il-passi differenti li ttieħdu fil-livell nazzjonali minn meta bdejna dan il-proġett ftit inqas minn sena ilu.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Tħejjija għas-Summit tal-Euro ta' Ottubru

Il-President tal-Grupp tal-Euro ddeskriva l-punti ewlenin fl-ittra tiegħu lill-President tas-Summit taż-Żona tal-Euro, fejn irrapporta dwar il-ħidma tal-Grupp tal-Euro minn Marzu 2024 u ddeskriva l-pjanijiet għax-xhur li ġejjin.

F'format regolari:

Tħejjija ta' laqgħat internazzjonali, inkluż dwar l-iżviluppi fil-qasam tar-rati tal-kambju

Il-Grupp tal-Euro rrieżamina l-iżviluppi ekonomiċi u tar-rati tal-kambju reċenti qabel il-laqgħat annwali tal-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali, filwaqt li bena fuq analiżi mill-Kummissjoni u fehmiet mill-BĊE.

Mixxellanji

Prijoritajiet ta' politika tal-gvern Franċiż

Il-ministru Franċiż il-ġdid għall-ekonomija, il-finanzi u s-sovranità industrijali u diġitali, Antoine Armand, ippreżenta l-prijoritajiet ta' politika tal-gvern Franċiż il-ġdid.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025