Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 20 ta' Jannar 2025

Riżultati ewlenin

Prijoritajiet u sfidi għaż-żona tal-euro fiċ-ċiklu tal-politika Ewropea l-ġdid

Il-ministri pparteċipaw f'diskussjoni politika strateġika dwar il-prijoritajiet politiċi ewlenin taż-żona tal-euro u r-rwol tal-Grupp tal-Euro fl-indirizzar tagħhom.

Il-Kummissjoni ppreżentat il-prijoritajiet ekonomiċi ewlenin tal-kulleġġ il-ġdid dwar iż-żona tal-euro.

<p>Paschal Donohoe President tal-Grupp tal-Euro</p>

L-enfasi tagħna llum kienet fuq il-ħolqien tal-kundizzjonijiet għal tkabbir ekonomiku aktar b'saħħtu, għar-reżiljenza fiż-żona tal-euro u għad-deċiżjonijiet partikolari li jeħtieġ li jittieħdu fl-2025, sabiex jissaħħaħ l-euro.

<p>Paschal Donohoe President tal-Grupp tal-Euro</p>

Paschal Donohoe President tal-Grupp tal-Euro

Innovazzjoni fil-pagamenti bl-ingrossa

Il-ministri ddiskutew l-użu ta' teknoloġiji innovattivi, bħat-tokenisation u t-teknoloġija tar-reġistru distribwit, fis-saldu bl-ingrossa tat-tranżazzjonijiet.

Is-Sur Hyun Song Shin, konsulent ekonomiku u kap tad-dipartiment monetarju u ekonomiku fil-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, ikkontribwixxa għad-diskussjoni.

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ipprovda aġġornament dwar il-ħidma esploratorja tiegħu dwar teknoloġiji ġodda għat-tranżazzjonijiet ta' saldu bl-ingrossa.

Euro diġitali

Il-ministri taw daqqa t'għajn lejn l-avvanz tal-proġett tal-euro diġitali mill-aħħar skambju tagħhom f'Ottubru, abbażi ta' aġġornamenti mill-BĊE u mill-Kummissjoni.

Fin-nuqqas ta' euro diġitali, l-adozzjoni mill-konsumatur ta' metodi ta' pagament internazzjonali tkompli tiżdied. Aktar ma nibqgħu fil-ġenb, aktar ser ikun diffiċli għalina biex inlaħħqu.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

Mixxellanji

Prijoritajiet politiċi tal-gvern Franċiż u dak Litwan

Il-ministru l-ġdid Franċiż għall-affarijiet ekonomiċi u l-finanzi, Éric Lombard, u l-ministru l-ġdid Litwan għall-finanzi, Rimantas Šadžius, ippreżentaw il-prijoritajiet politiċi tal-gvernijiet rispettivi tagħhom.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 30 ta' Lulju 2025