Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 9 ta' Diċembru 2024

Riżultati ewlenin

F'format inklużiv:

Djalogu ekonomiku internazzjonali mar-Renju Unit

Bħala parti minn sensiela ta' skambji ma' sħab internazzjonali ewlenin dwar l-iżviluppi ekonomiċi globali, il-Grupp tal-Euro kellu diskussjoni ma' Rachel Reeves, Chancellor of the Exchequer (Ministru għall-Finanzi) tar-Renju Unit.

Filmat tal-punti ewlenin mil-laqgħa tal-Grupp tal-Euro li saret fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2024
<p>Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro</p>

F'mumenti bħal dawn, huwa importanti ħafna li ssir enfasi mill-ġdid fuq dawk ir-relazzjonijiet li għandhom pedament ta' valuri, prospettiva u prijoritajiet ta' politika kondiviżi. Aħna lkoll tal-fehma li għandna sieħeb bħal dan fir-Renju Unit.

<p>Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro</p>

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

F'format regolari:

Żviluppi makroekonomiċi u koordinazzjoni tal-politika fiż-żona tal-euro, inkluż il-missjoni fiż-żona tal-euro tal-Artikolu IV tal-Fond Monetarju Internazzjonali

Il-Grupp tal-Euro evalwa l-aħħar żviluppi makroekonomiċi u ddiskuta mal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) dwar il-politiki taż-żona tal-euro. Ir-rieżami tal-FMI huwa mistenni jitlesta sa Ġunju 2025.

Valutazzjoni tal-abbozzi ta' pjanijiet baġitarji tal-istati membri u tas-sitwazzjoni ġenerali u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-euro

Il-ministri ddiskutew is-sitwazzjoni ġenerali u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-euro, u eżamina s-sitwazzjoni ekonomika u fiskali tal-istati membri taż-żona tal-euro.

Din id-diskussjoni kienet imsejsa fuq l-opinjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji (DBPs) tal-istati membri taż-żona tal-euro u fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Semestru Ewropew 2025.

Ilkoll fakkarna fl-importanza ta' finanzi pubbliċi sodi u l-ħtieġa li lkoll inwettqu l-impenji baġitarji tagħna. Dan huwa fundamentalment dwar il-kapaċità tal-ekonomiji tagħna li jikbru, u jagħtina prospett aħjar għall-istandards tal-għajxien.

Paschal Donohoe, President tal-Grupp tal-Euro

L-eżitu ta' din id-diskussjoni kien rifless f'dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro.

Mixxellanji

Tħejjija tal-impenn tal-President tal-Grupp tal-Euro mal-Parlament Ewropew

Il-President Donohoe informa lill-ministri dwar l-impenn ippjanat tiegħu mal-Parlament Ewropew, f'konformità mar-rekwiżiti l-ġodda ta' rappurtar skont il-qafas rivedut ta' governanza ekonomika.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 4 ta' Frar 2025