Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 16 ta' Frar 2026

Riżultati ewlenin

F'format regolari

Rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro għall-2026

Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-abbozz ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro għall-2026 bil-ħsieb li jiġi approvat mill-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji l-għada.

Ir-rwol internazzjonali tal-euro

Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar is-sitwazzjoni attwali u l-azzjonijiet politiċi possibbli biex jissaħħaħ ir-rwol internazzjonali tal-euro, bil-ħsieb li tiġi promossa s-sovranità monetarja Ewropea.

<p>Kyriakos Pierrakakis, President tal-Grupp tal-Euro</p>

Ir-rwol internazzjonali tal-euro jiddependi ħafna mill-progress relatat mal-prijoritajiet attwali tal-Grupp tal-Euro, bħall-Unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti u l-iżvilupp tal-finanzi diġitali.

<p>Kyriakos Pierrakakis, President tal-Grupp tal-Euro</p>

Kyriakos Pierrakakis, President tal-Grupp tal-Euro

Mixxellanji

  • Ħatra tal-President tal-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro

Il-Grupp tal-Euro ddeċieda li jerġa' jaħtar lis-Sur Tuomas Saarenheimo bħala President tal-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-Euro għar-raba' mandat ta' sentejn li jibda fl-1 ta' April 2026.

F'format inklużiv

Żbilanċi dinjija fil-kuntest tar-riskji ġeoekonomiċi

F'format inklużiv, jiġifieri flimkien ma' ministri minn pajjiżi fiż-żona tal-euro u minn pajjiżi mhux fiż-żona tal-euro, il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet dwar l-iżbilanċi dinjija fl-isfond tar-riskji ġeoekonomiċi attwali. François-Philippe Champagne, il-Ministru għall-Finanzi tal-Kanada, ingħaqad mad-diskussjoni u l-Professur Hélène Rey, il-President tal-grupp ta' esperti akkademiċi indipendenti tal-G7 dwar l-iżbilanċi dinjija, introduċiet is-suġġett.

L-UE ma tinsabx fl-epiċentru tal-iżbilanċi dinjija iżda huwa fl-interess tagħha li dawn jibqgħu sostenibbli. Kelli diskussjoni tajba dwar dan is-suġġett mal-kollegi tiegħi, kif ukoll mal-mistieden tagħna François-Philippe Champagne, il-ministru għall-finanzi tal-Kanada.

Kyriakos Pierrakakis, President tal-Grupp tal-Euro

Mixxellanji

Il-Ġermanja infurmat lill-Grupp tal-Euro dwar inizjattiva ġdida mnedija minn sitt stati membri tal-UE.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 23 ta' Frar 2026