"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Dan kien Grupp tal-Euro speċjali għalija - l-ewwel darba li mexxejt il-laqgħa mill-elezzjoni tiegħi f'Diċembru. Nistenna bil-ħerqa li naħdem mal-kollegi tiegħi biex inwettqu l-prijoritajiet komuni tagħna u nindirizzaw l-isfidi li għandna quddiemna.
Kyriakos Pierrakakis, president tal-Grupp tal-Euro
It-tkabbir taż-żona tal-euro: aġġornament dwar il-bidla għall-flus kontanti tal-euro fil-Bulgarija
Il-Grupp tal-Euro iċċelebra l-adeżjoni tal-Bulgarija fiż-żona tal-euro. Il-ministru Bulgaru, il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) aġġornaw lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-bidla għall-euro.
Illum kienet okkażjoni storika għall-Bulgarija, peress li mill-1 ta' Jannar 2026 saret l-aktar membru ġdid taż-żona tal-euro. L-euro huwa fil-qalba tal-proġett Ewropew tagħna bħala pilastru ta' stabbiltà ekonomika u prosperità, u issa jiġbor flimkien total ta' 21 pajjiż li jużaw il-munita komuni.
Kyriakos Pierrakakis, president tal-Grupp tal-Euro
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-prijoritajiet ta' politika għaż-żona tal-euro abbażi tal-abbozz ta' rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro ppreżentat mill-Kummissjoni.
Il-ministri ġew infurmati dwar l-aktar laqgħat reċenti u l-presidenza tal-G7 ppreżentat il-prijoritajiet tagħha lill-ministri.
Proċess tal-għażla għall-Viċi President tal-BĊE
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-ħatra tal-Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u approva l-kandidatura ta' Boris Vujčić. Is-Sur Vujčić bħalissa jservi bħala l-Gvernatur tal-Bank Nazzjonali Kroat.
Illum il-Grupp tal-Euro qabel ukoll li japprova lil Boris Vujčić, Gvernatur tal-Bank Nazzjonali Kroat, għall-kariga vakanti li ser tinħoloq ta' Viċi President tal-BĊE. Dan huwa suċċess importanti ħafna, sinjal ta' maturità istituzzjonali fl-isfond ta' għadd bla preċedent ta' kandidati eċċellenti.
Kyriakos Pierrakakis, president tal-Grupp tal-Euro
Il-Viċi President tal-BĊE ser jinħatar mill-Kunsill Ewropew fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill tal-UE.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.