"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Il-ministri qablu dwar ir-rwol tal-Grupp tal-Euro fil-koordinazzjoni tal-politika fiskali fiż-żona tal-euro.
Punti oħra
Il-Ministru Litwan il-ġdid, Kristupas Vaitiekūnas, ippreżenta l-prijoritajiet politiċi tal-gvern il-ġdid.
Fil-format tal-unjoni bankarja
Il-ministri mill-pajjiżi li jipparteċipaw fl-unjoni bankarja ngħataw informazzjoni mill-presidenti tal-mekkaniżmu superviżorju uniku u tal-bord uniku ta' riżoluzzjoni bħala parti mir-rappurtar tagħhom ta' darbtejn f'sena.
Il-kompetittività tal-banek Ewropej tibqa' essenzjali. Irridu nħarsu dan il-prinċipju bi standards għoljin ta' stabbiltà finanzjarja, billi nħarsu bir-reqqa lejn il-miżuri ta' simplifikazzjoni, u billi nsibu modi kif inħeġġu lill-banek tagħna jinvestu fit-tkabbir fit-tul tagħhom, b'mod partikolari fil-kuntest tal-aċċellerazzjoni tad-diġitalizzazzjoni.
Il-futur tal-finanzi diġitali: l-euro diġitali u l-istablecoins
Il-Bank Ċentrali Ewropew aġġorna lill-ministri dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv li javvanza l-proġett tal-euro diġitali.
Il-ministri mbagħad qasmu l-fehmiet tagħhom dwar it-triq 'il quddiem fir-rigward tal-istablecoins.
Ix-xenarju dinji tal-pagamenti u l-finanzi diġitali qed jinbidel b'rata mgħaġġla. Irridu nkomplu nsegwu l-iżviluppi fl-istablecoins u nifhmu aħjar l-opportunitajiet u r-riskji li jirriżultaw mill-espansjoni rapida tagħhom. Hija l-intenzjoni tiegħi li nniedi ħidma dwar dan u li nerġa' lura għas-suġġett fix-xhur li ġejjin.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.