Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 27 ta' Marzu 2026

Riżultati ewlenin

F'format inklużiv

Valutazzjoni tal-impatt tal-kriżi fil-Lvant Nofsani fuq l-ekonomija tal-UE

Il-Grupp tal-Euro evalwa l-impatt tal-kriżi fil-Lvant Nofsani fuq l-ekonomija tal-UE, inkluż fuq is-swieq tal-enerġija. Il-ministri ddiskutew ukoll miżuri ta' politika biex tiġi indirizzata l-kriżi. Id-diskussjoni saret fil-preżenza ta' Dr. Fatih Birol, Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija.

<p>Kyriakos Pierrakakis, President tal-Grupp tal-Euro</p>

Il-miżuri meħuda matul dan il-perjodu għandhom ikunu mmirati, ġusti u effettivi, u l-familji u n-negozji l-aktar vulnerabbli għandhom ikunu prijorità. Il-miżuri għandhom ukoll jibqgħu temporanji, sabiex ma jinħolqux problemi ġodda u akbar fil-futur.

<p>Kyriakos Pierrakakis, President tal-Grupp tal-Euro</p>

Kyriakos Pierrakakis, President tal-Grupp tal-Euro

Mixxellanji

Lars Klingbeil, il-Ministru għall-Finanzi tal-Ġermanja, aġġorna lill-Grupp tal-Euro dwar l-aħħar diskussjonijiet ma' Franza, il-Ġermanja, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja u Spanja biex il-ħidma fuq l-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti titmexxa 'l quddiem.

F'format regolari

Tħejjija ta' laqgħat internazzjonali

Bi tħejjija għal-Laqgħat tar-Rebbiegħa li ġejjin tal-Grupp tal-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali f'Washington DC, il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet dwar l-iżviluppi fir-rati tal-kambju matul l-aħħar xhur.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 1 ta' April 2026