- Kunsill Affarijiet Barranin
Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC), Kapijiet tad-Difiża tal-UE, 24-25/10/2018, 24 u 25 ta' Ottubru 2018
Riżultati ewlenin
Il-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea ltaqa' fil-livell ta' Kapijiet tad-Difiża (CHODs) tal-UE fl-24 u l-25 ta' Ottubru 2018. Il-laqgħa kienet ippreseduta mill-Ġeneral Mikhail Kostarakos, il-president permanenti tal-kumitat.
Ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà Federica Mogherini indirizzat lill-Kapijiet tad-Difiża tal-UE fil-25 ta' Ottubru.
Il-Kapijiet tad-Difiża tal-UE ddiskutew l-operazzjonijiet u l-missjonijiet militari tal-PSDK tal-UE.
Il-Kapijiet kellhom ukoll diskussjoni dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO flimkien mal-Ġeneral Sir Stuart Peach, president tal-kumitat militari tan-NATO. Huma ġew aġġornati dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, inkluż dwar oqsma bħall-mobbiltà militari u d-dominju ibridu u dak ċibernetiku.
Flimkien ma' dan, il-Kapijiet tad-Difiża tal-UE ddiskutew il-kooperazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom mill-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Georgia, is-Serbja, il-Montenegro, il-Vjetnam u r-Repubblika tal-Korea. Huma ffukaw fuq is-sħubija mal-UE u l-parteċipazzjoni fl-operazzjonijiet u l-missjonijiet.
Il-Kapijiet tad-Difiża tal-UE koprew ukoll il-prova tar-rieżami annwali koordinat dwar id-difiża (CARD) kif ukoll proposti għat-tieni fażi tal-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO). Huma ġew aġġornati wkoll dwar il-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF).
Fl-aħħar nett, il-Kapijiet ħarsu lejn l-istruttura ta' kmand u kontroll futura tal-UE kif ukoll is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni.
Fl-aħħar tal-laqgħa, saret ċerimonja ta' trasferiment tal-kariga bejn il-Ġeneral Mikhail Kostarakos u l-president permanenti l-ġdid tal-kumitat, il-Ġeneral Claudio Graziano.
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #FAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025