"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Kummerċ), 09/11/2018, 9 ta' Novembru 2018

Riżultati ewlenin

Il-modernizzazzjoni tad-WTO

Għal aktar minn 20 sena d-WTO kellha rwol importanti fil-ħolqien ta' ordni ekonomiku prosperu, paċifiku u prevedibbli. Madankollu fl-aħħar snin id-dinja nbidlet u d-WTO ma żammitx il-pass. Huwa għalhekk li l-UE hija impenjata biex jingħeleb l-impass attwali tad-WTO u qed tinsisti għal aġenda ambizzjuża li fiha WTO riformata u modernizzata tista' tkompli tkun fiċ-ċentru ta' sistema multilaterali bbażata fuq ir-regoli. Margarete Schramböck, Ministru Federali tal-Awstrija għall-Affarijiet Diġitali u Ekonomiċi u President tal-Kunsill

Il-Kunsill iddiskuta l-ħidma li qed issir għall-modernizzazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Il-Kummissjoni infurmat lill-ministri dwar l-aħħar żviluppi fl-inizjattiva tagħha biex tiżviluppa u tippromwovi approċċ komprensiv tal-UE li għandu l-għan li jirrevedi l-funzjonijiet ewlenin kollha tal-organizzazzjoni: it-tfassil, il-monitoraġġ u s-soluzzjoni tat-tilwim.

Il-Ministri esprimew l-appoġġ qawwi tagħhom għall-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex terġa' titqajjem il-kooperazzjoni fil-qafas multilaterali. Huma appellaw għal riforma ambizzjuża u f'waqtha tal-funzjonament tal-korp tal-appell tad-WTO sabiex jissolva l-imblokk attwali dwar il-proċess ta' ħatra ta' mħallfin ġodda. Huma laqgħu wkoll il-proposta konġunta reċenti tal-UE-Ġappun-Stati Uniti biex titjieb il-konformità man-notifika tal-membri dwar miżuri kummerċjali.

Il-Kunsill ħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli ħidmietha ma' sħab ewlenin u s-sħubija usa' tad-WTO fir-rigward tar-riforma tal-organizzazzjoni.

Highlights from the Economic and Foreign Affairs Council (Trade) of 9 November 2018, held in Brussels

Relazzjonijiet mas-sħab kummerċjali ewlenin

Il-Kunsill irreveda s-sitwazzjoni attwali ta' għadd ta' negozjati kummerċjali bilaterali li għaddejjin, b'mod partikolari dawk mal-Mercosur, l-Indoneżja, iċ-Ċilì, l-Awstralja, in-New Zealand, iċ-Ċina u t-Tuneżija. Il-Kunsill ġie infurmat ukoll dwar il-progress l-aktar reċenti fir-rigward tad-diskussjonijiet dwar il-proġett tal-Qorti Multilaterali tal-Investiment u dwar l-adeżjoni possibbli tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Mauritius dwar it-trasparenza.
Il-ministri tennew l-impenn tagħhom għal kummerċ ħieles u ġust u l-appoġġ tagħhom għall-aġenda kummerċjali pożittiva. Huma appellaw lill-Kummissjoni biex tkompli l-isforzi tagħha biex jintlaħqu eżiti f'waqthom u bbilanċjati sew għan-negozjati kollha li għaddejjin bħalissa.

Il-Kunsill ħa nota tal-adozzjoni reċenti tal-proposti tal-Kummissjoni għall-iffirmar u l-konklużjoni ta' ftehimiet kummerċjali u ta' investiment mal-Vjetnam. Il-korpi preparatorji tal-Kunsill diġà bdew jeżaminaw iż-żewġ ftehimiet.

Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll it-tieni rapport tagħha dwar l-implimentazzjoni ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles (FTAs), waqt li ġibdet l-attenzjoni għall-impatt pożittiv tagħhom fuq l-esportazzjonijiet u t-tkabbir ekonomiku tal-UE. Skont il-Kummissjoni, l-FTAs li jkopru kważi 70 suq madwar id-dinja kollha – qed ikunu effettivi fit-tneħħija ta' barrieri għall-kummerċ u l-promozzjoni ta' standards għoljin fil-qasam tal-protezzjoni tax-xogħol u tal-ambjent. Il-ministri laqgħu r-rapport u fakkru fl-interess tagħhom fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Il-ministri kienu infurmati wkoll dwar il-progress fin-negozjati mal-Parlament Ewropew dwar ir-regolamenti dwar l-iskrinjar tal-investiment dirett barrani u salvagwardji bilaterali orizzontali.

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri ddiskutew l-iżviluppi reċenti fir-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE mal-Istati Uniti.

Mingħajr diskussjoni, il-Kunsill adotta regolament li jneħħi l-ostakli għall-moviment ħieles ta' data mhux personali, regoli ġodda li jsaħħu l-arkitettura tal-IT fil-qasam tal-IT fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni. Huma approvaw wkoll ir-rilokazzjoni wara l-Brexit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u l-Awtorità Bankarja Ewropea għal Amsterdam u Pariġi rispettivament.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025