"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 15/10/2018, 15 ta' Ottubru 2018

Riżultati ewlenin

Ġrajjiet kurrenti

Il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew l-aktar kwistjonijiet urġenti fuq l-aġenda internazzjonali; fosthom l-każ ta' Jamal Khashoggi, l-opinjonista tal-Washington Post li safa' nieqes, fejn l-UE tistenna investigazzjoni sħiħa u trasparenti mill-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija f'kooperazzjoni sħiħa mal-awtoritajiet Torok.

Huma enfasizzaw ukoll għadd ta'’ deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill, b'mod partikolari l-adozzjoni ta' reġim ġdid ta' miżuri restrittivi li jindirizzaw l-użu u l-proliferazzjoni ta' armi kimiċi.

Qabel is-Summit tal-ASEM, ir-Rappreżentant Għoli ġibdet ukoll l-attenzjoni għall-konklużjonijiet dwar il-"Konnessjoni bejn l-Ewropa u l-Asja – Elementi fundamentali għal strateġija tal-UE".

Highlights of the Foreign Affairs Council of 15 October 2018, in Luxembourg

Libja

Il-Kunsill iddiskuta l-Libja. Id-diskussjoni ffukat fuq il-proċess politiku, l-istabbiltà tal-pajjiż, u s-sitwazzjoni ekonomika. Il-ministri għall-affarijiet barranin tennew l-appoġġ tal-UE għall-proċess politiku taħt l-awspiċi tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU Ghassan Salamé. Huma tennew l-għaqda tal-UE fid-determinazzjoni tagħha li tappoġġa soluzzjoni misjuba mil-Libja għall-poplu Libjan, taħt l-awspiċji tan-NU. Id-diskussjonijiet kienu parti mit-tħejjijiet għal-laqgħa ta' livell għoli li jmiss dwar il-Libja li ser issir f'Palermo (l-Italja) fit-12-13 ta' Novembru 2018. Il-Kunsill issottolinja l-importanza li jsiru kemm elezzjonijiet presidenzjali kif ukoll parlamentari mill-aktar fis possibbli, u l-ħtieġa li jiddaħħal fis-seħħ qafas kostituzzjonali u legali xieraq qabel isiru l-elezzjonijiet.

Foreign ministers will discuss the situation in Libya

Aspetti esterni tal-migrazzjoni

Il-Kunsill iddiskuta l-aspetti esterni tal-migrazzjoni flimkien mal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati Filippo Grandi. Il-ministri ngħataw informazzjoni wkoll mid-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni António Vitorino. Huma ħadu nota tal-progress u l-iżviluppi reċenti, u ssottolinjaw l-importanza tas-sħubija strateġika bejn l-UE, l-IOM u l-UNHCR fil-Libja.

Iddeċidejna li nibnu fuq ir-riżultati tajbin li diġà ksibna; insaħħu l-kooperazzjoni tagħna man-NU u sħab oħra, b'mod partikolari mal-Unjoni Afrikana u l-pajjiżi ta' oriġini u tranżitu; u nipprovdu finanzjament addizzjonali għall-Fond Fiduċjarju tal-UE tagħna għal proġetti tul ir-rotot migratorji. Ser niffokaw ukoll fuq modi ġodda kif nistgħu nindirizzaw il-bidla fil-migrazzjoni mill-Mediterran Ċentrali lejn rotot oħra. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Venezwela

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, ir-Rappreżentant Għoli u l-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew is-sitwazzjoni fil-Venezwela u l-impatt tagħha fir-reġjun, inkluż fuq il-migrazzjoni. Il-ministri tennew il-pożizzjoni b'saħħitha tal-UE dwar il-kriżi politika fil-Venezwela. Peress li l-kriżi tista' tiġi indirizzata biss permezz ta' proċess politiku, huma qablu li jesploraw il-possibbiltà tal-istabbiliment ta' grupp ta' kuntatt li jista', jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet, jgħin jiffaċilita proċess ta' dan it-tip.

Repubblika Ċentru-Afrikana

Il-Kunsill iddiskuta u adotta konklużjonijiet dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA).

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024