"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Difiża), 19-20/11/2018, 19 u 20 ta' Novembru 2018

Riżultati ewlenin

Sigurtà u difiża

It-Tnejn 19 ta' Novembru, il-ministri għad-difiża u għall-affarijiet barranin kellhom diskussjoni dwar il-kooperazzjoni tal-UE fis-sigurtà u d-difiża. Huma rrieżaminaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE f'dan il-qasam, inkluż il-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), ir-rieżami annwali koordinat dwar id-difiża (CARD), il-Fond Ewropew għad-Difiża, il-mobbiltà militari, il-kapaċità militari tal-ippjanar u t-tmexxija (MPCC), il-patt dwar id-dimensjoni ċivili tal-PSDK u l-proposta għal Faċilità Ewropea għall-Paċi.

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar is-sigurtà u d-difiża.

Kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO

It-Tlieta 20 ta' Novembru, il-ministri għad-difiża ddiskutew il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO flimkien mas-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg. Id-dibattitu kien l-opportunità biex tiġi affermata mill-ġdid ir-rabta transatlantika qawwija u l-impenn kontinwu taż-żewġ organizzazzjonijiet biex jaħdmu flimkien.

Hekk kif insaħħu l-ħidma tal-UE fuq id-difiża, saħħaħna wkoll b'mod mingħajr preċedent il-kooperazzjoni tagħna man-NATO. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri enfasizzaw b'mod partikolari il-kooperazzjoni dwar il-mobbiltà militari kif ukoll dwar il-ġlieda kontra t-theddid ibridu, inkluż id-diżinformazzjoni. Id-diskussjoni seħħet hekk kif l-UE u n-NATO qed iwettqu eżerċizzju parallel u kkoordinat, eżempju tanġibbli tal-ħidma tagħhom.

Highlights from the Foreign Affairs Council (Defence) of 20 November 2018, held in Brussels.

Missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK

Il-ministri għad-difiża rrieżaminaw ukoll il-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK. Huma faħħru l-ħidma tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-UE fis-Saħel (EUTM Mali, EUCAP Sahel Mali, EUCAP Sahel Niger) u l-isforzi li għaddejjin biex din il-ħidma tiġi reġjonalizzata. Il-ministri fakkru wkoll fl-importanza tal-isforzi tal-PSDK fil-Balkani tal-Punent, fejn l-UE hija preżenti mal-operazzjoni militari EUFOR Althea u l-missjoni ċivili EULEX Kosovo. Il-Kunsill iddiskuta wkoll il-passi li jmiss fid-dawl tat-tiġdid tal-EUNAVFOR MED Operazzjoni Sophia. Il-ministri affermaw mill-ġdid l-appoġġ sħiħ tagħhom għall-operazzjoni, waqt li nnotaw il-ħidma importanti li l-operazzjoni setgħet twettaq mindu tnediet fl-2015.

L-Operazzjoni SOPHIA qed tikseb riżultati tajbin, qed tnaqqas l-għadd ta' wasliet illegali, tarresta faċilitaturi ta' dħul klandestin ta' bnedmin, tħarreġ lill-gwardji tal-kosta Libjani u timplimenta r-Riżoluzzjoni r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar l-embargo fuq l-armi. Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024