"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC), kapijiet tad-difiża tal-UE, 25 u 26 ta' Ottubru 2021

Fil-25 u s-26 ta' Ottubru, il-Kapijiet tad-Difiża tal-UE (CHODs) iltaqgħu fi Brussell għall-aħħar laqgħa tal-Kumitat Militari fil-livell tas-CHODs tal-2021.

Il-laqgħa, immexxija mill-Ġeneral Claudio Graziano, iffukat fuq l-inizjattivi ewlenin tad-difiża tal-UE.

L-Unjoni Ewropea għandha opportunità unika biex iżżid il-kredibbiltà tagħha bħala fornitur tas-sigurtà; il-Militar għandu jikkontribwixxi b'mod attiv għall-proċess li jiddefinixxi r-rekwiżiti għal sett ta' għodod ta' rispons rapidu u jagħmel kull sforz possibbli biex tiġi implimentata struttura robusta ta' Kmand u Kontroll bil-għan li tinżamm is-superjorità operazzjonali Il-Ġeneral Claudio Graziano

Il-Boxxla Strateġika kienet wieħed mill-ewwel punti diskussi. Il-Viċi Segretarju Ġenerali tas-SEAE CSDP-CR, l-Ambaxxatur Charles Fries informa lill-mexxejja militari dwar l-aħħar żviluppi relatati mal-Boxxla Strateġika. Is-CHODs laqgħu l-preżentazzjonijiet, u jistennew li l-Boxxla Strateġika tipprovdi gwida ċara dwar il-Livell Militari ta' Ambizzjoni. Huma jistennew b'interess li jipprovdu pariri militari dwar l-ewwel abbozz u qablu li possibbilment jorganizzaw laqgħa straordinarja biex jiddiskutu t-tieni abbozz tal-Boxxla Strateġika.

Imbagħad id-Direttur Ġenerali tal-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea, il-Viċi Ammirall Hervé Bléjean aġġorna lis-CHODs dwar sett ta' għodod tal-UE għal rispons rapidu. Is-CHODs enfasizzaw il-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ b'mod sinifikanti l-kapaċità tagħha li taġixxi b'mod awtonomu, meta jkun meħtieġ. Għal dan il-għan, is-CHODs jappoġġaw bis-sħiħ il-proposti għal aktar adattament tal-Gruppi Tattiċi tal-UE, bil-għan li jagħmluhom aktar rilevanti u attraenti, u b'hekk itejbu l-effettività tar-rispons rapidu tal-UE.

Matul il-laqgħa, ġiet imfakkra l-ħtieġa urġenti li l-Istati Membri jipprovdu lill-Missjonijiet u l-Operazzjonijiet tal-PSDK b'riżorsi umani, assi u loġistika adegwati.

Suġġetti importanti oħra diskussi matul it-tieni jum tal-laqgħa kienu l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, bit-talba biex jiżdiedu r-relazzjonijiet bejn il-militar fil-qasam tat-Tibdil fil-Klima u d-Difiża, u l-effettività tal-Missjonijiet ta' Taħriġ Militari tal-UE.

Il-Ġeneral Claudio Graziano
Qegħdin ngħixu fi żmien estremament impenjattiv u diffiċli u l-UE għandha tiddependi fuq sett ta' għodod ta' rispons rapidu, magħmul minn forzi u faċilitaturi li jistgħu jiġu skjerati fil-ħin. Aktar tard ser ikun tard wisq.
Il-Ġeneral Claudio Graziano
Il-Ġeneral Claudio Graziano
Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC), kapijiet tad-difiża tal-UE
Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC), kapijiet tad-difiża tal-UE

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 30 ta' Jannar 2025