"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-iżvilupp, 11 ta' Ottubru 2021

Riżultati ewlenin

Il-ministri tal-UE għall-iżvilupp qasmu l-fehmiet tagħhom rigward is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora malajr fl-Afganistan, u ddiskutew modi konkreti biex jingħata aktarappoġġ lill-poplu Afgan, permezz ta' approċċ ta' "Tim Ewropa" li jinkludi l-UE, l-istati membri tagħha u n-networks diplomatiċi u l-istituzzjonijiet finanzjarji tagħhom.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Is-sitwazzjoni umanitarja u soċjoekonomika fl-Afganistan tinsab fix-xifer ta' kollass. Skont il-Kunsill Norveġiż għar-Refuġjati, mill-inqas miljun tifel u tifla jinsabu f'riskju li jmutu din ix-xitwa, sakemm ma jiksbux l-assistenza xierqa. Ma nistgħux "nistennew u naraw". Jeħtieġ li naġixxu, u naġixxu malajr.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-fehmiet tal-ministri waslu għal qbil dwar il-ħtieġa li jiżdied l-appoġġ tal-UE għall-poplu Afgan permezz ta' għajnuna umanitarja flimkien ma' għanjuna b'appoġġ dirett għall-popolazzjoni.

L-għan tal-UE huwa li b'hekk issalva u ssostni l-ħajjiet u l-għajxien tal-poplu Afgan, u tipprovdi servizzi bażiċi lill-popolazzjoni.

Il-ministri qablu b'mod partikolari li jkollhom approċċ ikkalibrat, sabiex tiġi evitata katastrofi umanitarja. Tali approċċ mhux ser jinvolvi r-rikonoxximent tat-Taliban, u ser jirrispetta bis-sħiħ il-ħames punti ta' riferiment maqbula mill-Kunsill fir-rigward tal-Afganistan.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025