"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Vidjokonferenza tal-ministri għall-affarijiet Ewropej, 24/03/2020, 24 ta' Marzu 2020

Riżultati ewlenin

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni, b'attenzjoni speċjali fuq l-Albanija u r-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq.

Huma taw il-qbil politiku tagħhom għall-ftuħ ta' negozjati maż-żewġ pajjiżi dwar l-adeżjoni.

Andreja Metelko-Zgombić, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Kroazja
Il-qbil politiku tal-lum biex jinfetħu negozjati mal-Albanija u mar-Repubblika tal-Maċedonja dwar l-adeżjoni huwa rikonoxximent tal-isforzi sinifikanti ta' riforma li wettqu dawn iż-żewġ pajjiżi. It-tnejn li huma wrew determinazzjoni politika ċara li jimxu 'l quddiem fit-triq tagħhom lejn l-Ewropa. It-triq għall-adeżjoni hija twila. Iżda meta jsir progress reali u sostnut lejn l-ilħuq tal-kriterji tal-adeżjoni, dan iqarreb lil sħabna tal-Balkani tal-Punent lejn l-UE. Ninsab tabilħaqq sodisfatta li nfetaħ stadju ġdid fil-proċess tal-adeżjoni tal-Albanija u l-Maċedonja ta' Fuq mal-UE matul il-presidenza Kroata, li tagħti importanza kbira lill-perspettiva Ewropea tal-Balkani tal-Punent.
Andreja Metelko-Zgombić, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Kroazja
Andreja Metelko-Zgombić, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Kroazja

Wara l-vidjokonferenza, infetħet proċedura bil-miktub għall-adozzjoni formali tal-konklużjonijiet tal-Kunsill. Il-konklużjonijiet ġew adottati nhar l-Erbgħa 25 ta' Marzu. Flimkien mal-konklużjonijiet, il-Kunsill adotta wkoll żewġ dikjarazzjonijiet u l-Kummissjoni għamlet dikjarazzjoni.

L-UE tiftaħ negozjati mal-Albanija u l-Maċedonja ta' Fuq dwar l-adeżjoni

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025