"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 17 ta' Frar 2020

Riżultati ewlenin

Konferenza stampa wara l-laqgħa tal-Kunsill

Il-Kunsill ħejja l-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew fl-20 ta' Frar. Il-mexxejja tal-UE ser jintalbu jaqblu dwar il-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE għall-perjodu 2021-2027.

Qabel is-summit, il-President Charles Michel kellu taħditiet individwali mas-27 mexxej kollha tal-istati membri dwar il-baġit fit-tul li jmiss tal-UE. Abbażi ta' dawn il-konsultazzjonijiet, il-President Michel ippreżenta, fl-14 ta' Frar, proposta dwar id-daqs globali tal-baġit u kif jiġi allokat.

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-proposta ppreżentata mill-President Michel.

Andreja Metelko-Zgombić, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Kroazja
Id-diskussjoni tal-lum fost il-ministri kienet il-bidu għal ġimgħa intensa u importanti. Wasal iż-żmien li jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-forma tal-baġit futur tal-UE. Dawn id-deċiżjonijiet ser jistabbilixxu r-rotta għall-finanzjament tal-prijoritajiet tal-UE fis-snin li ġejjin. Dawn ser ikollhom impatt importanti fuq iċ-ċittadini u r-reġjuni kollha tagħna madwar l-Unjoni. Issa huwa f'idejn il-mexxejja tal-UE li jsolvu din il-kwistjoni importanti.
Andreja Metelko-Zgombić, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Kroazja
Andreja Metelko-Zgombić, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Kroazja

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025