Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 12 ta' April 2022

Riżultati ewlenin

Djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt

Fil-qafas tad-djalogu annwali dwar l-istat tad-dritt, il-Kunsill Affarijiet Ġenerali kellu skambju dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fil-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands u l-Awstrija.

Dan l-eżerċizzju jippermetti skambju fil-fond u strutturat dwar l-istat tad-dritt, li jirrispetta l-prinċipji tal-oġġettività, in-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali tal-istati membri kollha.

Wara l-introduzzjoni mill-Kummissjoni, abbażi tas-sejbiet ewlenin tal-kapitolu speċifiku għall-pajjiż tar-rapport tal-2021 dwar l-istat tad-dritt, l-Istati Membri kkonċernati kellhom l-opportunità jippreżentaw l-iżviluppi u l-ispeċifiċitajiet ewlenin tal-qafas nazzjonali tagħhom fir-rigward tal-istat tad-dritt.

Dan kien segwit minn skambju mal-istati membri. Dawn qasmu l-esperjenzi u l-aħjar prattiki tagħhom fir-rigward tal-iżviluppi msemmija. Dan l-eżami ma wassalx għall-adozzjoni ta’ konklużjonijiet.

Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

Il-presidenza ħadet kont tal-ħidma mwettqa fil-qafas tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Il-Kunsill kellu skambju dwar il-passi li jmiss wara l-laqgħa tat-8 u d-9 ta’ April fi Strasburgu, fejn il-gruppi ta’ ħidma ppreżentaw verżjoni ġdida tal-proposti lill-Plenarja tal-Konferenza. Il-ministri esprimew il-fehmiet tagħhom dwar l-ewwel verżjoni – mhux finali – tal-proposti tal-Plenarja.

Fil-laqgħa plenarja tad-29 u t-30 ta’ April, Il-parteċipanti tal-Konferenza ser ikollhom jilħqu kunsens dwar il-verżjoni konsolidata tal-proposti qabel ma tiġi espressa l-opinjoni finali taċ-ċittadini. Ir-rapport finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa ser jiġi ppreżentat lill-kopresidenti (il-president tal-Parlament Ewropew, il-president tal-Kummissjoni Ewropea, il-president tal-Kunsill) fid-9 ta’ Mejju fi Strasburgu.

Ser ikun f’idejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li, wara d-9 ta’ Mejju 2022, jeżaminaw is-segwitu li għandu jingħata għall-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u li jinformaw liċ-ċittadini dwar din il-ħidma.

Rapport ta' prospettiva 2022

Fil-bidu ta’ waranofsinhar, ġiet iddedikata ikla informali għat-tħejjija tar-rapport ta’ prospettiva 2022 tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr diskussjoni l-punti li kienu fil-lista ta' punti A leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025