"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Fid-9 ta' Mejju, fiċ-ċerimonja tal-għeluq tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, ir-rapport finali tal-Konferenza ġie ppreżentat lit-tliet Kopresidenti tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Ir-rapport jippreżenta 49 proposta maqsuma f'326 miżura. Dan huwa r-riżultat ta' eżerċizzju bla preċedent madwar il-kontinent Ewropew, li mmobilizza liċ-ċittadini Ewropej b'mod intensiv ħafna tul sena sħiħa permezz ta' panels Ewropej u nazzjonali.
F'din l-okkażjoni, il-Kopresidenti affermaw mill-ġdid, f'isem kull waħda mill-istituzzjonijiet tagħhom, l-impenn kollettiv li sar fiż-żmien tal-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta fl-2021 li jkun żgurat segwitu għall-proposti tal-Konferenza.
Issa huwa f'idejn il-Kunsill li jorganizza l-ħidma ta' segwitu tiegħu b'mod effettiv. Għal dan il-għan, il-ministri ddiskutew il-konklużjonijiet tal-Konferenza u l-metodoloġija li għandha tintuża għas-segwitu tal-proposti.
Il-Kunsill jista' jerġa' lura għal dan fil-21 ta' Ġunju (Kunsill Affarijiet Ġenerali) abbażi ta' dokument mistenni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li janalizza l-arranġamenti prattiċi għat-traduzzjoni tal-proposti.
Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa kienet eżerċizzju innovattiv ta' parteċipazzjoni taċ-ċittadini. Il-ministri għall-Affarijiet Ewropej kellhom diskussjoni produttiva dwar is-segwitu għall-proposti tal-parteċipanti fil-konferenza.
Mikuláš Bek, Ministru Ċek għall-Affarijiet Ewropej
Il-Kunsill kellu seduta ta' smigħ dwar l-istat tad-dritt fl-Ungerija (proċedura skont l-Artikolu 7(1) TUE).
Is-seduta ta' smigħ iffokat fuq is-suġġetti indirizzati mill-Parlament Ewropew fil-proposta motivata tiegħu ta' Settembru 2018, li tat bidu għal din il-proċedura. Id-diskussjonijiet kienu b'mod partikolari dwar l-indipendenza tal-ġudikatura, il-funzjonament tas-sistema kostituzzjonali u elettorali, il-libertà tal-espressjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.
Bħala tfakkira, il-Kunsill sema' lill-Ungerija fi tliet okkażjonijiet qabel is-seduta ta' smigħ tal-lum: fis-16 ta' Settembru 2019, fl-10 ta' Diċembru 2019 u fit-22 ta' Ġunju 2021.
Kunsill Ewropew Straordinarju (30 u 31 ta' Mejju)
Il-Kunsill Affarijiet Ġenerali ħejja l-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew tat-30 u l-31 ta' Mejju, fejn il-mexxejja tal-UE ser jiddiskutu s-suġġetti li ġejjin: L-Ukrajna, id-difiża, l-enerġija u s-sigurtà tal-ikel.
Kunsill Ewropew (23 u 24 ta' Ġunju)
Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar l-abbozz ta' aġenda annotata tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ġunju 2022.
Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr diskussjoni l-punti li dehru fil-lista ta' punti A leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi.
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-iżvilupp ta' pożizzjoni ċibernetika tal-Unjoni Ewropea
Illum il-Kunsill approva l-konklużjonijiet dwar l-iżvilupp ta' pożizzjoni ċibernetika tal-Unjoni Ewropea. Il-konklużjonijiet jirriżultaw mill-Boxxla Strateġika, il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE biex tissaħħaħ il-politika ta' sigurtà u ta' difiża tal-UE sal-2030, li jipprevedi li l-UE ser tiżviluppa pożizzjoni ċibernetika tal-Unjoni billi ssaħħaħ il-kapaċità tagħha li tipprevjeni l-attakki ċibernetiċi.
Aċċess pubbliku għal dokumenti: rapport għall-2021
Illum il-Kunsill approva r-rapport annwali tiegħu dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti. Dan ir-rapport jiddeskrivi l-evoluzzjoni tat-talbiet għal aċċess għal dokumenti tal-Kunsill fl-2021.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.