"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali (Koeżjoni), 2 ta' Ġunju 2022

Riżultati ewlenin

Skambju ta' fehmiet dwar it-tmien rapport dwar il-koeżjoni

Il-ministri għall-politika ta' koeżjoni ltaqgħu fil-Lussemburgu biex jiddiskutu l-punti ewlenin tat-tmien rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

Il-laqgħa kienet ippreseduta minn Christophe Béchu, Ministru għall-awtoritajiet reġjonali u lokali ta' Franza, bis-sehem tal-Kummissarju Elisa Ferreira.

Fi Frar, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport tagħha li janalizza l-progress miksub fit-tnaqqis tad-disparitajiet territorjali matul dawn l-aħħar għaxar snin u jiddeskrivi l-isfidi fit-30 sena li ġejjin meta t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali mistennija li jkunu l-ixpruni tat-tkabbir fl-Unjoni Ewropea.

Id-dibattitu tal-Kunsill iffoka fuq il-kwistjonijiet identifikati fir-rapport, b'mod partikolari d-dimensjoni territorjali tal-politika ta' koeżjoni u l-interazzjoni bejn il-prijoritajiet Ewropej u l-ħtiġijiet tal-atturi lokali.

Filwaqt li rrikonoxxew il-progress fil-konverġenza bejn l-istati membri u bejn ir-reġjuni tal-Unjoni, il-ministri eżaminaw id-diffikultajiet għall-politika ta' koeżjoni u l-aħjar mod kif dawn jiġu indirizzati. Dawn li ġejjin huma xi wħud mill-isfidi:

  • id-diżimpenn ta' ċerti reġjuni, (reġjuni rurali, reġjuni periferiċi, reġjuni fi tranżizzjoni industrijali, eċċ.) u l-impatt li dan id-diżimpenn iħalli fuq il-popolazzjonijiet tagħhom;
  • id-diffikultajiet li jiffaċċjaw bosta reġjuni li, minkejja l-għajnuna li jirċievu, għadhom qed jaraw il-livelli ta' żvilupp tagħhom staġnati jew saħansitra sejrin lura meta mqabbla mal-medja Ewropea.

Il-ministri ddiskutew sa liema punt il-politika reġjonali Ewropea tista' tappoġġa aktar lill-atturi lokali fil-futur, sabiex ikunu jistgħu jiżviluppaw ir-rispons u s-soluzzjonijiet tagħhom quddiem l-isfidi komuni f'termini ta' koeżjoni.

Konklużjonijiet dwar il-Koeżjoni fl-Ewropa sal-2050

Il-Kunsill kompla bl-adozzjoni tal-konklużjonijiet dwar it-tmien rapport dwar il-koeżjoni.

Il-konklużjonijiet iqisu l-impatt asimmetriku tal-kriżi tal-COVID-19 u tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, kif ukoll il-konsegwenzi tat-tranżizzjoni klimatika, diġitali u dik soċjali għall-iżvilupp armonjuż u bbilanċjat tal-Unjoni.

L-impatt tal-gwerra fl-Ukrajna fuq il-politika ta' koeżjoni

Matul l-ikla informali ta' nofsinhar, il-ministri rreferew għall-implimentazzjoni ta' CARE u CARE 2, miżuri adottati mill-UE b'appoġġ għall-istati membri li jilqgħu persuni li qed jaħarbu l-gwerra fl-Ukrajna. Huma eżaminaw ukoll il-konsegwenzi usa' tal-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna għall-politika ta' koeżjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025