- Summit Internazzjonali
Summit UE-Ċina, Brussell, 29/06/2015, 29 ta' Ġunju 2015
Is-17-il summit bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina sar nhar it-Tnejn 29 ta’ Ġunju fi Brussell, li ċċelebra l-40 anniversarju tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn l-UE u ċ-Ċina.
L-UE kienet irrappreżentata minn Donald Tusk, President tal-Kunsill Ewropew, u minn Jean-Claude Juncker, President tal-Kummissjoni Ewropea.
Iċ-Ċina kienet irrappreżentata mill-Prim Ministru Li Keqiang.
Ir-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi bejn l-UE u ċ-Ċina
Il-mexxejja qablu li jsaħħu l-Aġenda Strateġika 2020 bejn l-UE u ċ-Ċina, adottata fis-summit tal-2013 f’Beijing li tiffoka fuq:
- il-paċi u sigurtà
- il-prosperità
- l-iżvilupp sostenibbli
- l-iskambji bejn iċ-ċittadini
Kwistjonijiet ta’ migrazzjoni u mobbiltà kienu wkoll fuq l-aġenda tas-summit, b’diskussjoni dwar l-istabbiliment ta’ ftehim reċiproku dwar l-eżenzjoni mill-viża għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi.
L-UE u ċ-Ċina qablu li jkomplu jiżviluppaw il-kooperazzjoni tagħhom b'rabta mad-difiża u s-sigurtà. Huma enfasizzaw ukoll l-impenn tagħhom lejn il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem.
Il-President Tusk esprima wkoll it-tħassib tal-UE b'rabta mal-libertà ta’ espressjoni u assoċjazzjoni fiċ-Ċina, inkluż is-sitwazzjoni tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi bħat-Tibetani u l-Uighurs.
Sfidi globali
Il-mexxejja ddiskutew ukoll il-kooperazzjoni multilaterali dwar kwistjonijiet kummerċjali, tal-klima u ta' żvilupp. Fil-marġni tas-summit, sar summit dwar in-negozju bejn l-UE u ċ-Ċina.
Negozjati dwar it-tibdil fil-klima
L-UE u ċ-Ċina ddiskutew il-promozzjoni ta’ investimenti b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent fil-livell bilaterali u internazzjonali. Huma qablu li jimmiraw għal ftehim ġust u ambizzjuż waqt il-konferenza internazzjonali dwar il-klima f’Pariġi f’Diċembru 2015.
Kwistjonijiet ta' politika reġjonali u estera
L-iżviluppi reċenti fil-viċinati rispettivi tal-UE u ċ-Ċina kienu fuq l-aġenda taċ-ċena, speċjalment is-sitwazzjoni fl-Ukrajna u fix-Xlokk tal-Asja.
Suġġetti oħra ta’ politika estera li ġew indirizzati kienu: Il-Libja, is-Sirja, il-Jemen, l-Iraq u l-Iran.
Sfond
Ara wkoll
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Symeon Piperidis Press officer
- +32 478 83 12 21
- +32 2 281 84 72
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025