- Summit Internazzjonali
Summit UE-Messiku, Brussell, 12/06/2015, 12 ta' Ġunju 2015
L-Unjoni Ewropea u l-Messiku kellhom is-seba' summit bejn l-UE u l-Messiku fi Brussell fit-12 ta' Ġunju 2015. Dan kien l-ewwel summit bilaterali mill-2012, u l-ewwel wieħed ippresedut minn Donald Tusk, President tal-Kunsill Ewropew.
Il-Messiku kien irrappreżentat mill-President Enrique Peña Nieto, li ilu fil-poter minn Diċembru 2012.
Il-mexxejja tal-UE u tal-Messiku qablu li jrawmu sħubija strateġika aktar mill-qrib u aktar f'saħħitha billi:
- iniedu l-proċess għal negozjati biex jiġi mmodernizzat il-ftehim globali bejn l-UE u l-Messiku u biex tiġi rinfurzata s-sħubija strateġika
- issaħħu d-djalogu politiku dwar kwistjonijiet globali u reġjonali ta' tħassib komuni bħat-tibdil fil-klima u l-ambjent, l-aġenda għall-iżvilupp sostenibbli post-2015, is-sigurtà u l-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi, il-problema dinjija tad-droga u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali, kif ukoll il-migrazzjoni
- Dikjarazzjoni konġunta, is-VII summit UE-Messiku, 12 ta’ Ġunju 2015
- Kummenti mill-President Tusk waqt il-konferenza stampa tas-summit UE-Messiku fit-12 ta’ Ġunju 2015
Tisħiħ tas-sħubija strateġika tagħna
Is-summit nieda n-negozjati għall-immodernizzar tal-qafas legali bilaterali bejn l-UE u l-Messiku u biex issir reviżjoni u jitwessgħu l-mekkaniżmi/id-djalogi bilaterali eżistenti.
Il-mexxejja ddiskutew:
- qafas adattat għall-kummerċ bilaterali u l-investiment
- kooperazzjoni bilaterali fil-qasam tar-riċerka u s-settur tal-enerġija
- Il-mexxejja se jiddiskutu wkoll l-istabbiliment ta’ Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata
- it-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u ż-żgħażagħ
Kwistjonijiet ta' politika barranija u ta’ sigurtà
Il-mexxejja skambjaw fehmiet dwar is-sitwazzjoni fil-viċinati rispettivi tagħhom (l-Ukrajna, is-Sirja, Kuba, il-Venezwela u l-Amerika Ċentrali), u l-parteċipazzjoni tal-Messiku f'operazzjonijiet tan-NU għaż-żamma tal-paċi.
Huma ħadu l-opportunità biex jiddiskutu l-migrazzjoni u b’mod partikolari l-istabbiliment tal-operazzjoni navali tal-UE biex jiġi mfixkel il-mudell kummerċjali ta’ traffikanti tal-bnedmin fil-Mediterran.
Iddiskutew ukoll l-isfidi għas-sigurtà u l-istat tad-dritt fil-Messiku, u l-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem. L-UE se tappoġġa l-isforzi tal-gvern Messikan biex jiżgura s-sigurtà taċ-ċittadini tiegħu u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.
Kwistjonijiet globali
Is-summit kien opportunità f’waqtha għal diskussjoni dwar it-tibdil fil-klima u l-aġenda għall-iżvilupp post-2015. Dan ġie qabel sensiela ta’ laqgħat internazzjonali importanti, b’mod partikolari s-summit tan-NU dwar l-iżvilupp sostenibbli f’Settembru u l-konferenza tan-NU dwar il-klima fi tmiem is-sena ġewwa Pariġi, li għalihom kemm il-Messiku kif ukoll l-UE ressqu miri ambizzjużi.
F'termini ta' ambjent, l-UE tilqa' l-organizzazzjoni ta' konvenzjoni mill-Messiku dwar il-bijodiversità f'Diċembru 2016.
Is-summit irrikonoxxa wkoll l-importanza ta' linji politiċi kontra d-droga. L-UE u l-Messiku tennew l-impenn tagħhom għal kooperazzjoni u koordinazzjoni qawwija fid-dawl tal-konferenza tan-NU fl-2016 dwar il-Problema Dinjija tad-Droga.
Kuntest
Mill-2008 'l hawn, il-Messiku kien sieħeb strateġiku tal-UE. Din is-sħubija u l-pjan eżekuttiv konġunt assoċjat ippermettew lill-Messiku u l-UE jwessgħu d-djalogu tagħhom u jżidu l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet multilaterali u globali.
Fi tmiem is-summit UE-CELAC ta' Jannar 2013, bdiet il-ħidma fuq rapport dwar viżjoni konġunta għall-modernizzazzjoni tal-ftehim globali eżistenti bejn l-UE u l-Messiku.
Ara wkoll
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Symeon Piperidis Press officer
- +32 478 83 12 21
- +32 2 281 84 72
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025