- Summit Internazzjonali
Summit UE-Repubblika tal-Korea, Seoul, 15/09/2015, 15 ta' Settembru 2015
It-8 summit bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea (RtK) nżamm fil-15 ta' Settembru f'Seoul.
L-UE kienet irrappreżentata mill-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk. Kienet preżenti wkoll il-Kummissarju Ewropew għall-Kummerċ, Cecilia Malmström, li rrappreżentat lill-President tal-Kummissjoni Ewropea.
Ir-Repubblika tal-Korea kienet irrappreżentata mill-President Park Geun-Hye.
Il-mexxejja ddiskutew:
- il-qagħda tar-relazzjonijiet bilaterali
- il-kooperazzjoni reġjonali fl-Asja tal-Lvant, u r-relazzjonijiet fil-peniżola Koreana
- l-isfidi globali, bħat-tibdil fil-klima u l-ġlieda kontra t-terroriżmu
Relazzjonijiet ekonomiċi u politiċi
Il-mexxejja esprimew is-sodisfazzjon tagħhom bil-progress miksub mis-sħubija strateġika mill-2010 sa issa. Ir-Repubblika tal-Korea (RtK) hija l-ewwel u l-uniku sieħeb tal-UE li ffirma t-tliet ftehimiet bilaterali fundamentali kollha.
Il-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea riesqa lil hinn mill-kummerċ u l-investiment, biż-żewġ sħab jaħdmu flimkien fl-oqsma tal-politika u s-sigurtà. Il-President Tusk apprezza b'mod speċjali l-intenzjoni tar-RtK li tieħu sehem fl-operazzjonijiet kontra l-piraterija 'l barra mill-Qarn tal-Afrika.
Iż-żewġ naħat ikkonfermaw ukoll l-interess tagħhom li jkomplu bl-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles, u li jinkoraġġixxu l-opportunitajiet reċiproċi għall-investiment.
Is-summit kien ukoll l-okkażjoni għal qbil dwar proġetti konġunti ġodda bejn istituzzjonijiet Koreani u Ewropej dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, bħall-iżvilupp tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ netwerks tat-telekomunikazzjoni mobbli (5G)
Kwistjonijiet ta' politika barranija u reġjonali
L-aħħar żviluppi fil-viċinati rispettivi tal-UE u tar-Repubblika tal-Korea kienu fuq l-aġenda, speċjalment is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, fl-Asja tal-Lvant u fil-Peniżola Koreana.
L-UE laqgħet b’sodisfazzjon is-soluzzjoni reċenti tal-kriżi mar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK), u tenniet l-appoġġ tagħha għal riunifikazzjoni paċifika tal-Peniżola Koreana.
Il-mexxejja ddiskutew ukoll is-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Asja tal-Lvant u enfasizzaw il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali. Il-President Tusk esprima sodisfazzjon għall-organizzazzjoni ta’ summit trilaterali bejn il-Korea, iċ-Ċina u l-Ġappun.
Sfidi globali
Saru diskussjonijiet ukoll fuq kooperazzjoni bilaterali u multilaterali dwar it-terroriżmu, il-klima u l-iżvilupp.
L-UE u r-RtK qablu li jfittxu ftehim ġust u ambizzjuż fil-konferenza internazzjonali dwar il-klima li ser issir f’Pariġi f’Diċembru 2015. Qed jistennew b’interess ukoll l-adozzjoni b'suċċess tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.
Sfond
Ara wkoll
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Symeon Piperidis Press officer
- +32 478 83 12 21
- +32 2 281 84 72
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025