- Summit Internazzjonali
Is-summit tan-NATO, Varsavja, il-Polonja, 08-09/07/2016, 8 u 9 ta' Lulju 2016
Fit-8 u d-9 ta' Lulju, il-Polonja ospitat il-laqgħa ta' kull sentejn tas-summit tan-NATO. Id-diskussjonijiet iffokaw fuq it-twassil tal-istabbiltà fil-Lvant u n-Nofsinhar kif ukoll fuq l-Afganistan.
Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, u r-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini rrappreżentaw lill-Unjoni Ewropea waqt is-summit.
Fil-marġini tas-summit, il-President Donald Tusk u l-President Jean-Claude Juncker iltaqgħu mal-President tal-Istati Uniti Barack Obama għal laqgħa bejn il-mexxejja tal-UE u tal-Istati Uniti. L-UE u n-NATO ffirmaw dikjarazzjoni konġunta.
Summit tan-NATO
Rigward l-istabbiltà fil-Lvant, l-UE enfasizzat il-kontribut tagħha biex jerġa’ jkun hemm is-sigurtà fl-Ewropa tal-Lvant. Is-summit kien opportunità biex jiġi identifikat x’jista’ jsir flimkien jew f’koordinazzjoni man-NATO. Rigward l-istabbiltà fin-Nofsinhar, l-UE enfasizzat ir-rwol tagħha fil-ġlieda kontra Da’esh, l-isforzi tagħha fl-appoġġ lill-gvern ta’ ftehim nazzjonali fil-Libja u l-appoġġ kontinwu tagħha biex tissaħħaħ is-sħubija bejn l-UE u l-G5 tas-Saħel. Fl-aħħar nett, rigward l-Afganistan, l-UE enfasizzat il-progress li sar u r-responsabbiltà internazzjonali li ser tkompli tikkontribwixxi għall-istabbiltà fil-pajjiż.
Dikjarazzjoni konġunta bejn l-UE u n-NATO
Il-Ġimgħa, l-UE u n-NATO ffirmaw dikjarazzjoni konġunta dwar iż-żieda tal-kooperazzjoni prattika f’oqsma partikolari. Dawn jinkludu:
- il-ġlieda kontra theddid ibridu, anke permezz tal-iżvilupp ta’ proċeduri koordinati
- il-kooperazzjoni operattiva fuq il-baħar u f’dak li jirrigwarda l-migrazzjoni
- il-koordinazzjoni f’dak li jirrigwarda l-migrazzjoni ċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberdifiża
- l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ difiża koerenti, komplementari u interoperabbli
- l-iffaċilitar ta’ industrija tad-difiża aktar b’saħħitha u aktar riċerka fil-qasam tad-difiża
- iż-żieda tal-koordinazzjoni f’dak li jirrigwarda eżerċizzji
- it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ difiża u sigurtà tal-pajjiżi sħab fil-Lvant u fin-Nofsinhar
Laqgħa bejn il-mexxejja tal-UE u tal-Istati Uniti
Fil-laqgħa tagħhom tal-Ġimgħa filgħodu, il-mexxejja enfasizzaw il-ħtieġa ta’ għaqda transatlantika u ddiskutew il-kooperazzjoni f’varjetà sħiħa ta’ prijoritajiet. Dawn il-prijoritajiet jinkludu l-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-tisħiħ tat-tkabbir ekonomiku u l-indirizzar tal-kriżi globali tar-refuġjati. Il-mexxejja rriflettew wkoll fuq il-konsegwenzi globali tar-referendum fir-Renju Unit.
Kuntest
Mill-1949 'l hawn kien hemm 26 summit tan-NATO. L-aħħar wieħed sar fl-4 u l-5 ta' Settembru 2014 fir-Renju Unit. Dawn il-laqgħat jattendu għalihom il-kapijiet ta' stat u ta' gvern tal-membri tan-NATO u huma ppreseduti mis-Segretarju Ġenerali tan-NATO. L-UE tiġi mistiedna regolarment tattendi dawn is-summits.
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Symeon Piperidis Press officer
- +32 478 83 12 21
- +32 2 281 84 72
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 11 ta' Jannar 2024