Skip to content
  • Summit Internazzjonali

Summit UE-Indja, Brussell , 30/03/2016, 30 ta' Marzu 2016

Fit-30 ta’ Marzu 2016, l-UE ospitat it-13-il summit UE-Indja fi Brussell. Id-diskussjonijiet iffukaw fuq il-kummerċ u l-investiment, l-enerġija u l-klima, l-ilma, il-migrazzjoni u l-politika estera u ta’ sigurtà.

Il-mexxejja fis-summit adottaw dikjarazzjoni konġunta li tafferma mill-ġdid l-impenn tagħhom biex isaħħu s-sħubija strateġika bejn l-UE u l-Indja.

Donald Tusk, il-President tal-Kunsill Ewropew, u Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentaw l-UE. Ir-Repubblika tal-Indja kienet irrappreżentata mill-Prim Ministru Shri Narenda Modi.

Sħubija UE u Indja

Il-mexxejja approvaw aġenda għall-azzjoni UE-Indja 2020, li ser tistabbilixxi pjan direzzjonali konkret għall-ħames snin li ġejjin.

Huma laqgħu wkoll il-bidu mill-ġdid tad-diskussjonijiet dwar kif għandu jsir progress dwar in-Negozjati dwar il-Ftehim ta’ Kummerċ u Investiment bejn l-UE u l-Indja.

Iż-żewġ naħat għarfu l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ żvilupp sostenibbli u dawk ambjentali. F’dan il-kuntest, huma adottaw dikjarazzjoni konġunta rigward sħubija dwar l-ilma bejn l-Indja u l-UE. Huma adottaw ukoll dikjarazzjoni konġunta dwar sħubija rigward l-enerġija nadifa u l-klima.

L-UE u l-Indja enfasizzaw l-importanza ta’ kuntatti bejn iċ-ċittadini tagħhom. Huma laqgħu l-istabbiliment ta’ aġenda komuni dwar il-migrazzjoni u l-mobilità.

Is-summit kien ukoll opportunità għall-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Indja biex jaqblu formalment dwar self fit-tul ta’ €450 miljun biex tiġi ffinanzjata l-ewwel linja tal-metro f’Lucknow.

Politika barranija, drittijiet tal-bniedem u sigurtà

Iż-żewġ naħat esprimew l-impenn tagħhom li jżidu l-kooperazzjoni fil-politika barranija u s-sigurtà. Huma enfasizzaw ukoll l-importanza tal-kooperazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem.

Il-mexxejja adottaw dikjarazzjoni konġunta dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, li tenfasizza l-ħtieġa għal soluzzjoni globali għal din it-theddida.

Kwistjonijiet globali

Il-mexxejja affermaw mill-ġdid ir-rwol ewlieni tal-G20 fil-kisba ta’ tkabbir b’saħħtu, sostenibbli u bbilanċjat għall-benefiċċju taċ-ċittadini u rrikonoxxew l-importanza li tiġi implimentata aġenda komprensiva adottata fis-Summit tal-G20 ta’ Novembru 2015.

Huma laqgħu wkoll l-adozzjoni tal-aġenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli u l-ftehim storiku dwar it-tibdil fil-klima li ntlaħaq f’Pariġi.

Ara wkoll

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025