- Summit Internazzjonali
Summit bejn l-UE u ċ-Ċina, Beijing, 12-13/07/2016, 12 u 13 ta' Lulju 2016
It-18-il summit bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċina sar fit-12 u t-13 ta’ Lulju f’Beijing.
Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker irrappreżentaw lill-Unjoni Ewropea. Iċ-Ċina kienet irrappreżentata mill-Prim Ministru Li Keqiang.
- Kummenti mill-President Donald Tusk wara t-18-il summit UE-Ċina f’Bejijng
- Remarks by President Donald Tusk at the EU-China summit in Beijing, 12 July 2016
- Ittra mingħand il-President Donald Tusk u l-President Jean-Claude Juncker lill-Prim Ministru Ċiniż Li Keqiang
Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina
Il-mexxejja għamlu progress fis-sħubija strateġika bejn l-UE u ċ-Ċina.
Ipprovdew gwida politika għat-tlestija tal-ftehim komprensiv dwar l-investiment u ffirmaw pjan direzzjonali għall-enerġija.
Il-mexxejja qablu wkoll li jagħmlu ċiklu ieħor tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina din is-sena stess fi Brussell.
Sfidi globali
Waqt is-summit, il-mexxejja ddiskutew l-isfidi komuni, inkluż il-protezzjoni tal-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli.
Qabel is-summit tal-G20, li ser isir fiċ-Ċina f’Settembru, il-mexxejja qablu li jindirizzaw il-kriżi tal-migrazzjoni fil-livell globali.
L-UE tistenna b'interess ukoll li taħdem mill-qrib maċ-Ċina biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet tal-politika barranija, inkluż is-Sirja, l-Iraq, l-Afganistan jew l-Afrika. L-istess jgħodd għal kwistjonijiet globali bħall-assistenza għall-iżvilupp jew it-tibdil fil-klima.
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Symeon Piperidis Press officer
- +32 478 83 12 21
- +32 2 281 84 72
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025