"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-affarijiet interni, 4 ta' Awwissu 2026
Riżultati ewlenin
Permezz ta' vidjokonferenza, il-ministri għall-affarijiet interni indirizzaw l-iżviluppi attwali f'Ceuta. Matul il-laqgħa d-delegazzjoni Spanjola, il-Kummissjoni Ewropea u s-SEAE qasmu l-valutazzjoni tagħhom dwar l-avvenimenti matul dawn l-aħħar jiem u s-sitwazzjoni attwali fil-fruntiera esterna f'Ceuta.
L-UE hija magħquda u lesta li tappoġġa lil Spanja u tipproteġi l-fruntieri esterni tagħna mill-migrazzjoni illegali. Infaħħru lil Spanja għar-rispons rapidu tagħha għas-sitwazzjoni f'Ceuta u nestendu l-kondoljanzi profondi tagħna għan-nies li traġikament tilfu ħajjithom. Il-fruntieri esterni tal-UE huma r-responsabbiltà kondiviża tagħna, u l-migrazzjoni teħtieġ rispons Ewropew magħqud. Il-laqgħa tal-lum, li sejjaħt jien stess, ipprovdiet opportunità importanti għall-istati membri biex jivvalutaw l-għodod diġà għad-dispożizzjoni tagħna, jidentifikaw fejn hija meħtieġa aktar kooperazzjoni, u javvanzaw it-tħejjijiet kollettivi tagħna qabel il-laqgħa ministerjali li jmiss u l-Kunsill Ewropew f'Ottubru.
Jim O'Callaghan, ministru għall-ġustizzja, l-affarijiet interni u l-migrazzjoni tal-Irlanda
L-istati membri u l-pajjiżi assoċjati ma' Schengen ingħaqdu biex jesprimu solidarjetà qawwija ma' Spanja. Il-ministri apprezzaw l-isforzi rapidi u effettivi tal-awtoritajiet Spanjoli fir-rispons għas-sitwazzjoni f'Ceuta. Esprimew ukoll il-kondoljanzi tagħhom għall-persuni li tilfu ħajjithom waqt li kienu qed jippruvaw jaqsmu.
L-aħħar aġġornament mill-awtoritajiet Spanjoli u mill-Kummissjoni jindika li maġġoranza kbira ferm tal-persuni li qasmu illegalment ġew irritornati u ma kien hemm l-ebda moviment ulterjuri lejn Spanja kontinentali jew stati membri oħra.
Il-laqgħa tal-lum ipprovdiet opportunità għall-istati membri biex jagħmlu skambju ta' fehmiet dwar l-importanza tal-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE.
Kien hemm fehim komuni tal-ħtieġa li jkomplu jiġu miġġielda bla heda n-networks tal-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' migranti, li jissaħħu r-ritorni, li jissaħħu l-fruntieri tal-UE, li jinbnew sħubijiet profondi ma' pajjiżi terzi, u li tittejjeb il-prospettiva.
Il-ministri enfasizzaw il-ħtieġa li jittejjeb l-għarfien komuni tas-sitwazzjoni, li jista' jinkiseb billi jiġu żviluppati aktar sistemi ta' twissija bikrija bħall-intelligence prefruntiera u l-monitoraġġ tal-media soċjali.
Il-Kunsill enfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u li jiġu żviluppati aktar sħubijiet li joħolqu l-opportunitajiet it-tajba għan-nies fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom u tissaħħaħ il-ġestjoni tal-migrazzjoni.
Fl-aħħar nett, il-ministri indikaw li l-komunikazzjoni matul mumenti ta' kriżi tista' tissaħħaħ aktar permezz ta' koordinazzjoni f'waqtha u għandha tkun aktar koerenti, speċjalment biex jiġu miġġielda atturi esterni malizzjużi involuti fil-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza minn barranin.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.