"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Spjegazzjoni dwar l-IA: użi u impatt

L-intelliġenza artifiċjali qed tittrasforma s-soċjetà u l-ekonomija, iġġib benefiċċji, iżda wkoll riskji. L-UE u l-istati membri tagħha għandhom l-għan li jiżguraw li l-IA tkun iċċentrata fuq il-bniedem u affidabbli.

X'inhi l-IA u kif nużawha

L-intelliġenza artifiċjali, jew IA, hija l-użu tat-teknoloġija diġitali biex jinħolqu sistemi li kapaċi jwettqu kompiti li ġeneralment jirrikjedu l-intervent tal-bniedem. L-IA timita l-ħsieb tal-bniedem iżda tipproċessa l-informazzjoni aktar malajr u b'mod aktar preċiż.

Biex iwettqu kompiti u jieħdu deċiżjonijiet, is-sistemi tal-IA huma mħarrġa biex jidentifikaw xejriet f'ammonti kbar ta' data u jitgħallmu mill-esperjenza.

Kif taħdem sistema tal-IA

1. tanalizza ammonti kbar ta' inputs tad-data

3. twettaq il-kompitu

2. tidentifika xejriet permezz ta' algoritmi

4. titgħallem u ttejjeb il-prestazzjoni

Pereżempju, l-IA tista' tanalizza malajr immaġnijiet mediċi u tissuġġerixxi dijanjożi, li t-tobba mbagħad jistgħu jikkonfermaw jew jirrifjutaw abbażi tal-għarfien espert tagħhom. Maż-żmien, b'aktar eżempji u feedback, l-IA titjieb biex tidentifika l-mard b'mod preċiż, l-istess kif jagħmlu t-tobba.

Użi tal-IA

L-intelliġenza artifiċjali qed tittrasforma s-soċjetà, l-industriji u l-mudelli tan-negozju billi ttejjeb l-effiċjenza, tawtomatizza l-kompiti u tipprovdi soluzzjonijiet innovattivi.

Xi wħud mis-setturi li jużaw l-IA:

manifattura

L-IA tissimplifika l-proċessi, tottimizza r-riżorsi, tagħti spinta lill-produttività, u tnaqqas l-impatt ambjentali tan-negozji

sikurezza

analitika ta' tbassir aħjar u ġestjoni tar-riskju jgħinu biex jiġu evitati l-aċċidenti jew jitnaqqas l-impatt tagħhom

edukazzjoni

L-IA tippermetti apprendiment personalizzat, issaħħaħ l-involviment u r-riżultati. Tawtomatizza wkoll il-kompiti amministrattivi tal-għalliema, filwaqt li tillibera aktar ħin għat-tagħlim u l-mentoraġġ

kura tas-saħħa

il-fornituri tal-kura tas-saħħa jużaw l-IA biex itejbu d-dijanjostika, ibassru l-mard u jippersonalizzaw it-trattamenti, li jirriżulta f'kura u eżiti aħjar tal-pazjenti

enerġija

l-IA tagħmel il-produzzjoni u l-użu tal-enerġija aktar effiċjenti u sostenibbli, tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tiġġieled kontra t-tibdil fil-klima

trasport

il-vetturi awtonomi joperaw b'mod sikur mingħajr intervent mill-bniedem. L-IA tottimizza wkoll il-ġestjoni tat-traffiku u tipprevedi l-ħtiġijiet tal-manutenzjoni tal-infrastruttura

Għaliex l-UE tirregola l-IA

L-avvanzi fis-saħħa komputazzjonali, id-disponibbiltà ta' kwantitajiet kbar ta' data u software ġdid qed iwasslu għal skoperti rapidi tal-IA u għall-iżvilupp ta' applikazzjonijiet u sistemi tal-IA estremament sofistikati.

Filwaqt li l-biċċa l-kbira tagħhom huma sikuri u jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi u jittejjeb il-benesseri, ċerti użi tal-IA joħolqu riskji għas-soċjetà, bħal:

  • diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, ir-razza, is-sitwazzjoni soċjoekonomika jew l-imġiba tal-passat
  • preġudizzji fl-algoritmi tat-teħid tad-deċiżjonijiet
  • intrużjoni fil-ħajja privata
  • manipulazzjoni ta' modi ta' ħsieb u ta' mġiba

Stħarriġ tal-Ewrobarometru żvela li kważi disgħa minn kull għaxar persuni jaħsbu li r-robots u l-intelliġenza artifiċjali jeħtieġu ġestjoni bir-reqqa.

L-UE u l-istati membri tagħha jimmiraw għal futur b'IA affidabbli u sikura li tirrispetta l-valuri u d-drittijiet tal-UE.

L-Att dwar l-IA, l-ewwel liġi tat-tip tagħha fid-dinja, jistabbilixxi kundizzjonijiet għal użi speċifiċi tal-IA u jipprojbixxi xi prattiki, sabiex jiġu indirizzati r-riskji potenzjali, filwaqt li jappoġġa l-investiment u l-innovazzjoni fis-settur.

Ara wkoll

Xjenzati lebsin ġagagi tal-laboratorju jiddiskutu waqt li programmatur fuq laptop jinteraġixxi ma' ikoni li jirrappreżentaw l-intelliġenza artifiċjali, il-moħħ, u t-traduzzjoni tal-lingwa.

Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali

Żewġ ikoni vjola, simbolu li jindika tajjeb u marka ta' esklamazzjoni, ibbilanċjati fuq truf opposti ta' miżien, li jissimbolizzaw il-bilanċ bejn il-benefiċċji u r-riskji.

Benefiċċji u riskji tal-IA

Fl-isfond tidher ringiela ta' supercomputers, b'kodiċi binarju mifrux fuq ix-xellug, man-naħa ta' fuq. Fuq quddiem, persuna qed iżżomm laptop u tħares lejh.

L-UE tippjana li tagħti spinta lill-IA b'supercomputers

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025